Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jippreżenta l-prijoritajiet ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin fi Vjenna

pr240580
Date Icon 13/04/2024

Fuq stedina tal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel, il-Prim Ministru Robert Abela attenda għal-laqgħa flimkien ma' erba' mexxejja Ewropej bi tħejjija għall-Aġenda Strateġika tal-Unjoni Ewropea għall-ħames snin li ġejjin (2024-2029).

B'din il-laqgħa f'dan il-format iżgħar, issegwi laqgħat oħra ta' dan it-tip, fosthom dik li attenda l-Prim Ministru għaliha ftit tal-ġimgħat ilu fil-Kroazja biex isir xogħol preparatorju sabiex titfassal l-Aġenda Strateġika għall-mandat li jmiss. Aġenda li tiddirezzjona l-prijoritajiet, li ser jaħdmu fuqhom l-istituzzjonijiet Ewropej fil-ħames snin li ġejjin.

Madwar il-mejda, il-Prim Ministru Robert Abela poġġa 'l quddiem, il-prijoritajiet li huma ta' importanza għal Malta, prijoritajiet li jduru ma' dak li qegħdin jgħixu u jesperjenzaw il-familji u li hu ta' prijorità għalihom. Il-Prim Ministru tkellem dwar prijoritajiet li jduru mal-paċi, it-tkabbir ekonomiku, l-immigrazzjoni, is-soċjal, it-trasport, l-enerġija u s-saħħa fost oħrajn.

Il-Prim Ministru Robert Abela spjega li f'diskussjonijiet bħal dawn fi gruppi iżgħar, il-mexxejja jkunu jistgħu jidħlu aktar fid-dettall dwar kwistjonijiet speċifiċi u li għalhekk id-diskussjoni dwar l-Aġenda Strateġika tipprovdi pjattaforma unika biex isir dan. Bil-prijoritajiet  għandhom jiffokaw fuq il-benefiċċji tanġibbli li l-Unjoni tipprovdi għaċ-ċittadini u kif dawn ser inkomplu ntejbuhom.

“Irridu li l-familji tagħna jirrelataw, jifhmu u jgawdu finalment mill-ħidma tal-Unjoni Ewropea u għalhekk jeħtieġ li l-prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin ikunu jirriflettu l-prijoritajiet tan-nies."

Dwar is-suq uniku, il-Prim Ministru Abela spjega li għad hemm ċirkostanzi fejn ċerti pajjiżi bħal Malta jibqgħu żvantaġġati. Għalhekk, qal li meta nitkellmu dwar is-suq uniku, jeħtieġ li nimxu milli nirrikonoxxu l-isfidi biss u nassiguraw azzjoni konkreta b'mod partikolari fejn jidħol l-aċċess għall-mediċini.

Madwar il-mejda, il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-ħtieġa li nsaħħu r-relazzjonijiet ma' pajjiżi li għandhom l-istess valuri u prinċipji tagħna, biex tkompli tissaħħaħ is-sigurtà ekonomika.

Fid-diskussjoni dwar l-interkonessjonijiet tal-enerġija u t-trasport, il-Prim Ministru tenna l-importanza li ma tintilifx il-kompetittività Ewropea u li l-pajjiżi membri kollha għandu jkollhom l-istess opportunitajiet. B'din, fi kliem il-Prim Ministru, m'għandiex tkun għażla, għaliex dawn huma kruċjali għall-membri stati, speċjalment għal Malta. “U n-negozji u ċ-ċittadini tagħna, dwar l-isfidi marbuta ma' dan is-suġġett qegħdin jistennew azzjoni konkreta."

Mal-mexxejja mbagħad, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem fuq pożizzjoni oħra konsistenti li ilna nimbuttaw bħala Gvern Malti. “Meta nitkellmu dwar l-immigrazzjoni, jeħtieġ ħidma koordinata li tipprevjeni t-tluq ta' immigranti mill-Afrika ta' Fuq. U dan isir mhux bi sforz u ħidma min-naħa waħda, jiġifieri l-Unjoni Ewropea iżda anki mal-pajjiżi fl-Afrika ta' Fuq. Id-djalogu ma' dawn il-pajjiżi huwa kruċjali."

Ikkonkluda li jeħtieġ nitkellmu u naħdmu id f'id ma' pajjiżi bħal Libja, xi ħaġa li Malta mbuttat u qed tmexxi 'l quddiem. “Pajjiż b'potenzjal enormi fir-reġjun tal-Mediterran li aħna għandna viżjoni ċara għalih. Li jkun ċentru anki ta' enerġija nadifa u li joħloq opportunitajiet."

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jippreżenta l-prijoritajiet ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin fi Vjenna
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jippreżenta l-prijoritajiet ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin fi Vjenna
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jippreżenta l-prijoritajiet ta’ Malta għall-ħames snin li ġejjin fi Vjenna
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow