Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg, itemm żjara fil-Moldova

PR240579
Date Icon 13/04/2024

Laqgħat ma’ uffiċjali ewlenin, inklużi l-President Maia Sandu u l-Mexxej fi Transdniestria Vadim Krasnoselsky

Il-Presidenza ta’ Malta tal-OSCE tappoġġa bil-qawwa soluzzjoni paċifika u komprensiva għall-kunflitt tat-Transdniestria u se tkompli tappoġġa lil Chisinau u Tiraspol għal soluzzjonijiet prattiċi għall-komunitajiet kollha.

Nhar il-Ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u ċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE Ian Borg żar il-Moldova, fejn iltaqa’ ma’ uffiċjali ewlenin, inklużi l-President Maia Sandu u l-Mexxej fi Transdniestria Vadim Krasnoselsky sabiex jiddiskuti r-rwol ċentrali tal-OSCE fit-Transdniestrian Settlement Process.

Il-Ministru Borg kellu wkoll taħditiet mal-Prim Ministru tal-Moldova Dorin Recean, mad-Deputat Prim Ministru għar-Riintegrazzjoni Oleg Serebrian u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Mihai Popșoi.

Il-laqgħat tal-Ġimgħa fil-Moldova ffurmaw parti minn programm intensiv ta’ tlett ijiem għall-Presidenza Maltija tal-OSCE, wara żjarat li saru fis-Serbja u l-Kosovo nhar l-Erbgħa u l-Ħamis, b’aktar minn 30 impenn ma’ awtoritajiet, imsieħba tal-OSCE, mexxejja lokali kif ukoll mas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet reliġjużi.

Din is-sena, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) qed timmarka tliet diċennji ta’ appoġġ lill-Moldova. “Il-missjoni tal-OSCE fil-Moldova bniet sħubija ta’ fiduċja ma’ awtoritajiet, mexxejja politiċi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u hija kommessa li tkompli tipprovdi l-esperjenza u l-kompetenza tagħha”, qal il-Ministru Borg.

“Kif affermajna waqt il-laqgħat, f’Chișinău u Bender, napprezzaw ħafna l-fatt li n-naħat kollha kontinwament tennew l-impenn tagħhom sabiex jissolvew il-kwistjonijiet kollha pendenti, u l-kunflitt innifsu, b’mod paċifiku, u l-Presidenza Maltija tappoġġa bil-qawwa linji ta’ komunikazzjoni kostruttivi li għandhom jibqgħu miftuħa għall-partijiet interessati kollha, biex il-proċess ta’ soluzzjoni jkun jista’ jibqa’ għaddej fit-triq it-tajba”. Permezz tal-missjoni tagħha fil-Moldova u tar-Rappreżentant Speċjali taċ-Chairperson-in-Office, l-OSCE se tkompli taħdem lejn soluzzjoni paċifika, komprensiva u dejjiema bbażata fuq is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri tagħha internazzjonalment, bi status speċjali għat-Transdniestria fi ħdan il-Moldova,” temm jgħid il-Ministru Borg.

F’Chișinău, id-delegazzjoni tal-Presidenza tal-OSCE Malta ltaqgħet ukoll mar-Rappreżentant Speċjali dwar is-Sessi, Liliana Palihovici, biex tiddiskuti r-rwol importanti tal-Missjoni tal-OSCE fil-Moldova fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Malta bdiet il-Presidenza tagħha ta’ 12-il xahar tal-OSCE f’Jannar, taħt it-tema, “Insaħħu r-Reżiljenza, Intejbu s-Sigurtà”, wara li ntgħażlet biex tmexxi din l-organizzazzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħha f’Novembru 2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg, itemm żjara fil-Moldova
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg, itemm żjara fil-Moldova
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg, itemm żjara fil-Moldova
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Malti Ian Borg, itemm żjara fil-Moldova
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow