Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 20 immigrant ieħor rilokati f’pajjiż ieħor

pr240578
Date Icon 13/04/2024

Saret ir-rilokazzjoni ta' 20 immigrant ieħor li kienu waslu f'Malta b'mod irregolari.

Il-ħidma saret mill-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol b'kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Immigrazzjoni (IOM) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA).

Dan hekk kif qed tissokta l-ħidma fuq ix-xogħol li nbeda fix-xhur u s-snin li għaddew sabiex jiġu rilokati fi Stati Membri oħra, immigranti li waslu b'mod irregolari f'Malta. Din ir-rilokazzjoni saret permezz tal-Mekkaniżmu Volontarju ta' Solidarjetà.

Il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol jsostni kif ir-rilokazzjoni hija l-aktar mod effiċjenti ta' kif l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-isfidi li jiġu b'kawża tal-immigrazzjoni irregolari, b'attenzjoni partikolari fuq il-pajjiżi tal-fruntiera, speċjalment fil-każ ta' Malta.

Filwaqt li dawk l-immigranti li ħaqqhom protezzjoni se jiġu megħjuna u jingħataw id-drittijiet kollha tagħhom skont il-liġi, dawk l-immigranti li ma ħaqqhomx protezzjoni, jew li jinsabu jgħixu f'Malta b'mod irregolari, qed ikunu rritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom.

Ħidmet il-Pulizija tal-Immigrazzjoni, l-Aġenzija għas-Servizzi ta' Detenzjoni u dipartimenti oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Intern, Sigurtà u x-Xogħol se tibqa' għaddejja f'dan ir-rigward.

Ir-rilokazzjoni hija kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea, taħt il-Fond għall-Ażil, Immigrazzjoni, u Integrazzjoni (AMIF).

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 20 immigrant ieħor rilokati f’pajjiż ieħor
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL: 20 immigrant ieħor rilokati f’pajjiż ieħor
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow