Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦ ALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U GVERN LOKALI

pr240577
Date Icon 12/04/2024

Hi verament ħasra li l-Oppożizzjoni ħarġet frontalment kontra avveniment kulturali li poġġiena fil-kalendarju kulturali internazzjonali u li huwa taħt il-patroċinju tal-UNESCO.

Il-maltabiennale.art, qabel ma fetaħ il-bibien tiegħu, kien diġà qed jiġi indikat minn ġurnali internazzjonali ta' fama u reputazzjoni bħala avveniment li jwassal lil pajjiżna jkun destinazzjoni li wieħed għandu jżur.

Il-kelliema tal-Oppożizzjoni, li lanqas fid-diskors tal-estimi għall-Budget ma tkellmet dwar dan l-avveniment kulturali prestiġjużi, ħarġet stqarrija mgħaġġla, u huwa aktar minn ċar il-veru mottivi ta' Oppożizzjoni negattiva mehdija fit-tmaqdir fuq inizjattivi li jkomplu jsaħħu s-settur artistiku u kulturali f'pajjiżna.

Il-kelliema Julie Zahra għandha tifhem kif dan il-biennale jesponi t-taħlit utli għax-xena tal-arti diġà b'saħħitha f'Malta bejn l-artisti lokali u dawk barranin. Il-Ministeru jinnota wkoll li d-dħul għall-viżitaturi għall-biennale huma l-istess li wieħed iħallas biex jidħol fis-siti ta' Heritage Malta. Allura ma kienx hemm żieda fil-prezz li jfisser li l-biennale huwa prattikament mingħajr ħlas meta tqis li qed taċċessa mużew u fl-istess ħin wirjiet sħaħ. Dan apparti li eluf kbar ta' familji li membri tagħhom għandhom il-passaport ta' Heritage Malta, li jagħti lil dak li jkun u lill-qrabatu aċċess bla ħlas f'kull sit ta' Heritage Malta, il-maltabiennale.art huwa b'xejn għal dawn ukoll.

F'sensiela oħra ta' fake news mill-Oppożizzjoni ntqal li l-biennale naqas li jagħmel programmi għat-tfal tal-iskejjel biex iżuru l-biennale. Xejn m'hu iktar 'il bogħod mill-verità minn hekk. Fil-fatt hemm programm u ilu għaddej sa minn qabel ma fetaħ il-biennale bl-involviment tal-artisti li qed jieħdu sehem. Żjarat u attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel qed isiru kontinwament mingħajr ħlas għall-istudenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow