Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Tinfetaħ uffiċjalment il-Malta Agrifair 2024

pr240575
Date Icon 12/04/2024

Il-Malta Agrifair 2024 ġiet miftuħa llum, fil-preżenza tal-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, mill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, kif ukoll mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said.

Il-President ta' Malta, flimkien mal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari, daru d-diversi esebiti li qegħdin jiġu esposti f'din il-fiera, filwaqt li setgħu japprezzaw il-livell li ta' kull sena qiegħed dejjem jogħla. Il-fiera tas-sena li għaddiet attirat madwar 35,000 persuna li setgħu jaraw mill-viċin xi prodotti lokali qegħdin joffru l-produtturi lokali. 

Il-Malta Agrifair 2024 se tlaqqa' fiha diversi esebituri ta' prodotti lokali, fosthom bdiewa, raħħala, sajjieda, u produtturi oħra li joffru l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin. Għal din l-edizzjoni, l-esebituri se jkollhom l-opportunità li jesponu l-prodott Malti waqt din iċ-ċelebrazzjoni unika fil-Gżejjer Maltin. Fost l-esebizzjonijiet, se jkun hemm diversi prodotti agrikoli, ħut u apparat għas-sajd, kompetizzjonijiet tal-annimali, u anki l-Malta Kulinarja 2024 b'diversi kompetizzjonijiet ta' ikel varjat.

Għan-nies kollha li se jattendu għal din il-fiera, se jkun hemm il-possibbiltà li jduqu ikel u xorb tipikament Malti, bħall-kirxa u l-mazzit offruti mill-Biċċerija; tiġieġ, fenek, u ġobon lokali mill-Malta Food Agency; u diversi koperattivi lokali li qegħdin joffru togħma minn dak li jipproduċu. Fil-ġurnata tas-Sibt 13 t'April mill-5 ta' filgħaxija 'l quddiem ser ikun hemm ukoll il-kompetizzjonijiet tal-ġmiel tal-baqar, u l-Ħadd 14 t'April filgħodu l-kompetizzjonijiet tan-nagħaġ u l-mogħoż.

Il-Malta Agrifair 2024 se tittella' bejn it-12 u l-14 t'April 2024 ġewwa l-MFCC f'Ta' Qali mill-10 ta' filgħodu sal-10 ta' filgħaxija.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit https://agrifair.gov.mt .

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Tinfetaħ uffiċjalment il-Malta Agrifair 2024
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD, U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Inwettqu Flimkien: Tinfetaħ uffiċjalment il-Malta Agrifair 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow