Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta se tospita laqgħa tal-WHO f’Novembru li ġej

pr240573
Date Icon 12/04/2024

Pajjiżna ġie magħżul biex jospita laqgħa Ministerjali organizzata mill-WHO f'Novembru li ġej bit-tema 'Health Work Force Planning'. Dan tħabbar f'Ċipru waqt il-laqgħa 'Tenth High-level Meeting of the Small Countries Initiative: converging on small-country health priorities' li għaliha qed jattendi l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela. 

Il-laqgħa li qed ssir f'Ċipru qed tiffoka primarjament fuq żewġ oqsma ewlenin: il-kanċer, inkluż programmi ta' screening tal-popolazzjoni u kanċer pedjatriku, kif ukoll is-saħħa u t-tibdil fil-klima, inkluż l-impatt u l-esperjenzi ta' pajjiżi żgħar.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela tkellem dwar il-prevenzjoni u l-kura tal-mard tal-kanċer. Huwa enfasizza fuq l-importanza li jiżdied aktar għarfien dwar il-marda tal-kanċer u biex iħeġġu aktar persuni jagħmlu screening għall-kanċer biex b'hekk ikunu jistgħu jidentifikaw problemi ta' mard minn kmieni. Il-Ministru tkellem ukoll dwar il-ħidma li qed issir f'Malta biex tiġi indirizzata l-obeżità.

Dwar il-futur tal-kura tal-kanċer, semma kif pajjiżna qed ikompli jistudja aktar fid-dettall ir-rabta bejn il-bijoġenetika u l-intelliġenza artifiċjali sabiex din tkun tista' twassal għal kura personalizzata. 

Il-Ministru Abela ddiskuta wkoll l-isfidi li jiffaċċjaw pajjiżi żgħar fl-akkwist ta' mediċini. Qal kif dawn l-isfidi qed ikomplu jikbru minħabba problemi ta' lingwa, kif ukoll problemi ġeo-politiċi li jimpattaw prezzijiet u loġistika. Tenna li Malta tħares 'l quddiem għal aktar kollaborazzjoni u solidarjetà f'dan il-qasam. Il-WHO qablet mal-Ministru Abela dwar dan il-punt u semmiet ukoll li l-akkwist ta' tagħmir u teknoloġija għandu jkun mogħti prijorità wkoll. 

Rigward l-effetti tat-tibdil tal-klima, l-Ministru Abela semma kif f'Malta l-entitajiet governattivi  għandhom pjan t'azzjoni għat-tibdil tal-klima u tenna li l-Gvern Malti kommess li jkompli jieħu azzjoni kontra dan il-fenomenu globali.  

“Inħares 'il quddiem għal Novembru li ġej, hekk kif pajjiżna flimkien mal-WHO se jkun qed jospita numru ta' pajjiżi għal laqgħa ministerjali, fejn matulha se tkun qed tiġi diskussa t-tema ta' Health Work Force Planning", temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta se tospita laqgħa tal-WHO f’Novembru li ġej
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta se tospita laqgħa tal-WHO f’Novembru li ġej
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow