Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-uffiċini amministr

pr240572
Date Icon 12/04/2024

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli ppresedew l-iffirmar ta' ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ. Grazzi għal dan il-ftehim, binja tal-Gvern fejn preżentament hemm inkorporati l-uffiċini tal-Kunsill Lokali kif ukoll tlett imħażen biswit, se jgħaddu formalment f'idejn il-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif dan il-ftehim huwa ieħor minn sensiela ta' devoluzzjonijiet li saru din is-sena lil diversi Kunsilli Lokali fosthom dawk ta' Birżebbuġa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar. Kompla jgħid li issa anke l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ se jkun qed jibbenefika minn skema ġdida ta' capping fuq il-kirja annwali tal-art ta' €500 biss fis-sena. “Mill-aspett finanzjarju, l-iskema ta' capping li ħabbarna fil-bidu ta' din is-sena qed tkun ukoll ta' għajnuna kbira sabiex il-flus li l-Kunsilli qed jiffrankaw mill-kirjiet, jiġu utilizzati fi proġetti u servizzi għall-istess lokalità," tenna l-Ministru.

Huwa faħħar il-ħidma li waslet għal din id-devoluzzjoni u kompla jgħid kif flimkien mal-Awtorità tal-Artijiet se jkomplu jassistu lill-Kunsilli Lokali biex jinvestu fit-tisħiħ tal-operat tagħhom għall-ġid tal-komunità. “Fejn hemm art pubblika li tista' tiġi utilizzata mill-Kunsill għall-benefiċċju tar-residenti, qed nilqgħu t-talbiet, niddiskutu u naraw kif dan iseħħ fl-iqsar żmien," temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet kif ftehim bħal dan qed jirrikonoxxi aktar l-irwol tal-Kunsilli Lokali fi ħdan il-komunitajiet tagħna. Sostniet kif permezz ta' din id-devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ, il-Kunsill Lokali ser ikun jista' jagħmel estensjoni tal-binja eżistenti tal-Kunsill Lokali.

“Permezz tal-Kunsilli Lokali ser nibqgħu naħdmu sabiex il-komunitajiet tagħna jħossuhom aktar parteċipi fil-ħajja ta' kuljum fil-lokalità rispettiva tagħhom. Iżda fuq kollox dan it-trasferiment ser iservi sabiex il-Kunsill Lokali tassew ikun il-Gvern Lokali fil-qalba tal-komunità hekk kif fuq din l-art issa l-poplu Żebbuġi ser ikollu uffiċini tal-Kunsill Lokali akbar u b'hekk jista' jitjieb is-servizz mogħti lill-istess komunità," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ Mark Camilleri qal li permezz ta' dan il-ftehim, il-Kunsill Lokali se jkun jista' jiżviluppa ċentru ċiviku li barra li jospita l-amministrazzjoni tal-Kunsill Lokali, huwa pjanat li jiġu provduti wkoll is-servizzi ta' berġa tas-saħħa, pulizija tal-komunità u day centre. Il-binja fiha wkoll sala u kmamar li jistgħu jintużaw mir-residenti u għaqdiet tal-lokalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-uffiċini amministr
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-uffiċini amministr
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Iffirmat ftehim ta' devoluzzjoni bejn l-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-uffiċini amministr
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow