Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2024

pr240571
Date Icon 12/04/2024

Għat-tieni sena konsekuttiva l-Parlament ospita l-fażi finali tal-attività Young Parliamentarians #ejjewniddibattu, programm immexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ bl-għan li jagħti ċans liż-żgħażagħ jagħmlu esperjenza hands-on tas-sistema demokratika u leġiżlattiva ta' pajjiżna. Fl-edizzjoni ta' din is-sena kien hemm mal-175 żagħżugħ u żagħżugħa minn 20 skola li ngħataw taħriġ mill-Aġenzija Żgħażagħ sabiex ikunu ppreparati biex jitħaddtu u jiddiskutu fil-pubbliku, jippreżentaw l-ideat tagħhom, jiktbu r-rakkomandazzjonijiet, jiddibattu u jirribattu.

Is-sessjoni finali nżammet fis-Sala tal-Parlament u kienet immexxija mill-Ispeaker Anġlu Farrugia. F'diskors qasir l-Ispeaker irrimarka li programmi bħal Young Parliamentarians jgħinu sabiex iż-żgħażagħ ikollhom edukazzjoni aktar wiesgħa li ser isibu utli 'l quddiem f'ħajjithom, tkun xi tkun it-triq li huma jaqbdu. Huwa qal ukoll li bħala attività extra-kurrikulari, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tirrikjedi impenn kbir mill-parteċipanti, iżda dan ser jgħinhom jakkwistaw il-ħiliet li se jkollkom bżonn għall-futur tagħhom.

Iż-żewġ skejjel li għaddew għall-finali disskutew il-mozzjoni “Il-Kamra tirrakkomanda li fl-iskejjel kollha, l-istudenti għandu jkollhom aċċess għal assistenza ta' intelliġenza artifiċjali (large language model e.ż. ChatGPT, Gemini u Copilot) fis-suġġetti kollha", fejn il-Kulleġġ Santu Wistin, Skola Sekondarja tal-Pietà, kellha targumenta favur il-mozzjoni, filwaqt li l-Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja Ħal Kirkop, kellha targumenta kontra l-mozzjoni, bl-iskola tal-aħħar tirbaħ din l-edizzjoni.

Fi tmiem l-attività ġew ippreżentati ċertifikati lill-iskejjel li waslu sas-semi-finali, trofew lill-aħjar żewġ kelliema, ċertifikati lir-runners up, u trofew u ċertifikati u rigali oħra lir-rebbieħa.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti, il-Kelliema tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ Bernice Bonello, u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni Justin Schembri, indirizzaw ukoll din is-sessjoni finali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Il-Parlament jospita s-sessjoni finali tal-Young Parliamentarians 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow