Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Inawgurat ir-restawr tal-Funtana ta’ Vilhena fil-Furjana

pr240570
Date Icon 12/04/2024

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia flimkien mas-Sindku u l-kunsilliera tal-lokalità tal-Furjana inawguraw il-proġett ta' restawr tal-Funtana ta' Vilhena fi Triq Sant'Anna l-Furjana.

Dan il-proġett li twettaq mid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi sar b'investiment ta' madwar mitejn elf ewro.

Matul is-snin din il-funtana żviluppat ħsarat konsiderevoli kemm fuq l-istatwa u l-arkitettura u kif ukoll fuq il-funtana nnifisha tant li la kienet taħdem u lanqas iżżom fiha ilma. Għaldaqstant, dan il-proġett ta' restawr kien strumentali biex dan il-wirt storiku, li jitgawda minn tant persuni ta' kuljum, jerġa' jingħata l-ħajja.

“Din il-funtana hija parti mill-patrimonju nazzjonali tagħna u għaldaqstant ma stajniex inħallu dan il-wirt prezzjuż ikompli jintilef. Monument li mhux biss huwa simbolu tal-Furjaniżi, iżda huwa simbolu tal-istorja u l-kultura tagħna bħala pajjiż. Grazzi għax-xogħol tajjeb ferm li wettqu l-ħaddiema tax-Xogħolijiet Pubbliċi qed nagħtu lura lin-nies dan il-monument mill-isbaħ biex ikompli jitgawda bl-aqwa mod. Bħala dipartiment se nkomplu naħdmu fuq iktar proġetti bħal dawn biex inkomplu nipproteġu il-wirt imprezzabbli li ħallewlna missirijietna," qal is-Segretarju Parlamentari Farrugia.

Il-Perit Marvienne Camilleri, kordinatriċi tal-proġett spjegat kif ix-xogħlijiet ta' restawr fuq il-Funtana ta' Vilhena inkludew xogħol delikat fuq il-pedestal u l-ornamenti, l-istatwa tal-iljun u l-vaska tal-funtana nnifisha. Barra minn hekk, il-funtana se titħaddem b'sistema kompletament ġdida tal-ilma u oħra tad-dawl li tixraq lil dan il-monument li jmur lura kważi 300 sena. Sar investiment ukoll f'sistema ġdida ta' CCTV cameras li se tħares iż-żona tal-funtana 24 siegħa kuljum. 

Ix-xogħlijiet fuq dan il-monument, li l-Awtorità tal-Ippjanar skedatu bħala monument fi Grad Nru.1 li huwa l-għola livell ta' protezzjoni, twettaq taħt is-superviżjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Inawgurat ir-restawr tal-Funtana ta’ Vilhena fil-Furjana
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Inawgurat ir-restawr tal-Funtana ta’ Vilhena fil-Furjana
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inwettqu Flimkien: Inawgurat ir-restawr tal-Funtana ta’ Vilhena fil-Furjana
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow