Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg iżur il-Missjoni tal-OSCE fil-Kosovo

pr240568
Date Icon 12/04/2024

Il-Ministru Borg jiltaqa' mal-President Vjosa Osmani Sadriu, mal-Prim Ministru Albin Kurti u ma' uffiċjali oħra

“L-isfidi attwali fil-qalba tal-Ewropa m'għandhomx joskuraw it-triq twila li diġà wasalna fiha. Is-sigurtà u l-paċi mhumiex impossibbli, u bi tmexxija determinata min-naħat kollha u bl-għajnuna ta' organizzazzjonijiet bħall-OSCE, nistgħu nkomplu nappoġġjaw ir-riformi meħtieġa." Dan qalu ċ-Chair-in-Office tal-OSCE u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg waqt żjara fil-Kosovo.

Il-Ħamis, il-Ministru Borg żar il-Kosovo biex jiltaqa' ma' mexxejja politiċi u diversi msieħba tal-OSCE u rappreżentanti tal-komunità. Huwa mexxa delegazzjoni tal-Presidenza Maltija tal-OSCE għall-2024 f'laqgħat mal-President Vjosa Osmani-Sadriu, il-Prim Ministru Albin Kurti, u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Donika Gërvalla-Schwarz.

Hekk kif tfakkar il-25 sena ta' ħidma fil-Kosovo, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) tkompli timpenja ruħha fil-komunitajiet permezz ta' inizjattivi differenti mmirati lejn it-trawwim tal-paċi u s-sigurtà fir-reġjun u lil hinn.

“Permezz tan-netwerk ta' missjonijiet tal-OSCE, aħna nsarrfu l-valuri u l-prinċipji tagħna f'azzjonijiet konkreti u tanġibbli. Dawn l-isforzi jwasslu għal bidliet sinifikanti u pożittivi li jsaħħu r-reżiljenza u jsaħħu s-sigurtà tal-komunitajiet li aħna tant ddedikati li nkomplu naqdu," qal il-Ministru Borg. Mill-bidu tagħha fl-1999, il-Missjoni tal-OSCE fil-Kosovo kienet strumentali fl-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet lokali, filwaqt li saħħet lill-komunitajiet lejn impenn politiku u soċjali sinifikanti.

Iċ-Chairperson-in-Office irrifletta wkoll fuq id-djalogu bejn Belgrad u Pristina ffaċilitat mill-Unjoni Ewropea, u appella lill-mexxejja politiċi u lin-negozjaturi biex ifittxu metodi komuni li jiffaċilitaw djalogu pożittiv. "Il-punt li nibqgħu niffokaw fuqu jibqa' t-trawwim tal-għaqda billi nibnu fuq dak li jġibna flimkien u mhux dak li jifridna," tenna l-Ministru Borg.

Fiċ-Ċentru Reġjonali tal-OSCE fi Gjilan/Gnjilane, id-delegazzjoni tal-Presidenza ta' Malta tal-OSCE għall-2024 iltaqgħet ma' sindki ta' komunitajiet differenti li qed jaħdmu biex tiżdied il-kooperazzjoni inter-muniċipali.

Il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħat maż-żgħażagħ parteċipanti tal-programmi edukattivi tal-OSCE, kif ukoll ma' rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirċievu appoġġ mill-OSCE. Fil-Monasteru ta' Gracanica, iċ-Chairperson-in-Office ltaqa' mal-Isqof Teodosije (Knisja Ortodossa Serba) biex jiddiskuti l-importanza tal-libertà tar-reliġjon għat-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni fost il-komunitajiet kollha.

Malta bdiet il-Presidenza tagħha ta' 12-il xahar tal-OSCE f'Jannar, taħt it-tema “Insaħħu r-Reżiljenza, Intejbu s-Sigurtà", wara li ntgħażlet biex tmexxi din l-organizzazzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, f'Novembru tal-2023.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg iżur il-Missjoni tal-OSCE fil-Kosovo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg iżur il-Missjoni tal-OSCE fil-Kosovo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg iżur il-Missjoni tal-OSCE fil-Kosovo
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Iċ-Chairperson-in-Office tal-OSCE u Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg iżur il-Missjoni tal-OSCE fil-Kosovo
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow