Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Inwettqu Flimkien: Beda jopera t-tieni ċentru reġjonali għall-vittmi tal-kriminalità f’Għawdex

pr240566
Date Icon 11/04/2024

L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità assistiet aktar minn 144 persuna f'Għawdex, bl-aktar vittmi li fittxew l-għajnuna jkunu vittmi ta' vjolenza domestika.

Bil-għan li tkompli tifrex is-servizzi tagħha lill-Għawdxin, ġie inawgurat it-tieni ċentru reġjonali ġdid fil-Kunsill Lokali tal-Għarb, Għawdex, mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri u l-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri.

Dan iċ-ċentru reġjonali se jintuża għal servizzi legali lill-vittmi. Is-servizz minn dan iċ-ċentru se jibda jingħata b'appuntament u l-vittmi se jkunu jistgħu jitkellmu ma' professjonisti legali biex jingħataw għajnuna legali bla ħlas u informazzjoni dwar proċeduri kriminali fil-qorti.

Sentejn ilu, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità fetħet ċentru reġjonali fix-Xewkija li minnu jingħata sapport emozzjonali u terapija lill-vittmi tal-kriminalità li jesperjenzaw diffikultajiet minħabba t-trawma li jgħaddu minnha.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li ċ-ċentru fl-Għarb huwa ħolqa minn katina ta' ċentri oħra li diġà qed joperaw f'Santa Luċija, fil-Qawra u fix-Xewkija. Huwa rrefera wkoll għall-għodda personalizzata li se tingħata lil dawk li jisfgħu vittma ta' vjolenza domestika.

“Permezz tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità qed nilħqu l-għan tagħna li nassistu kemm jista' jkun vittmi ta' kriminalità. Dan qed nagħmluh mhux biss mill-uffiċċju ewlieni fil-Belt Valletta, iżda b'servizzi mifruxin madwar Malta u Għawdex kollha, “ temm jgħid il-Ministru Byron Camilleri.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li wara li nfetaħ uffiċċju fix-Xewkija li jagħti sapport lill-vittmi ta' kull reat li jħossu l-bżonn li jitkellmu u jieħdu l-pariri, illum f'Għawdex qed jinfetaħ it-tieni uffiċċju fl-Għarb. “B'din l-inizjattiva nistgħu nilħqu aktar vittmi sabiex isibu s-sapport li jkun hemm bżonn b'mod partikolari f'dawk il-mumenti diffiċli," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Il-Kap Eżekuttiv għall-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità Brian Farrugia qal li b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Għarb qed jingħata spazju ġdid u sigur lill-vittmi tal-kriminalità li jikkumplimenta ċ-ċentru l-ieħor fix-Xewkija. Qal li bħala aġenzija se jitkompla l-proċess biex jissaħħu s-servizzi f'Għawdex anki bl-għajnuna ta' entitajiet pubbliċi u għaqdiet volontarji Għawdxin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Inwettqu Flimkien: Beda jopera t-tieni ċentru reġjonali għall-vittmi tal-kriminalità f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Inwettqu Flimkien: Beda jopera t-tieni ċentru reġjonali għall-vittmi tal-kriminalità f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Inwettqu Flimkien: Beda jopera t-tieni ċentru reġjonali għall-vittmi tal-kriminalità f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow