Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: 72 eks ħaddiem tal-PBS igawdu minn pagament b'rabta ma' inġustizzja li sofrew

pr240562
Date Icon 11/04/2024

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal qiegħed jimplimenta wegħda elettorali oħra din id-darba b'rabta ma' pagamenti għall-iskema ta' pensjoni maħsuba għal eks ħaddiema tal-Public Broadcasting Services Limited (PBS).

Dan l-iskema tnediet abbażi ta' ftehim kollettiv milħuq fl-1976 bejn il-General Workers' Union u l-Korporazzjoni Xandir Malta, li dak iż-żmien kienet tinkorpora ħaddiema fil-qasam tax-xandir u oħrajn li qabel kienu impjegati mal-grupp tal-kumpaniji Rediffusion.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbar illi dan il-proċess ser jolqot 72 ħaddiem bi spiża netta li huwa stmat li tlaħħaq €5.5 miljun. Il-proċess qed jitħaddem skont l-anzjanità tal-impjegati.

“Dan huwa eżempju ċar ieħor ta' kemm dan il-Gvern iwettaq dak li jwiegħed u jindirizza sitwazzjonijiet li dwarhom saret inġustizzja fil-passat. Iktar minn hekk qegħdin inkomplu nindirizzaw inġustizzji li ebda amministrazzjoni ma' ħadet azzjoni dwarhom," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

S'issa tħallsu 50 każ u fadal 22 każ li minnhom 14 huma ta' persuni mejta. Fir-rigward ta' impjegati li laħqu mietu, il-ħlas tal-arretrati jsir lill-eredi awtorizzati tagħhom.

L-arretrati totali mħallsa lil dawn il-50 persuna jammontaw għal €3.75 miljun.  Minn issa 'l quddiem dawn il-persuni se jibqgħu jieħdu l-pensjoni tas-servizz kif ukoll jibbenefikaw mir-rata t'aġġustament tal-pensjoni.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Mark Musu spjega kif b'dan il-ftehim, il-Korporazzjoni ntrabtet li twaqqaf skema ta' pensjoni  għall-impjegati tagħha simili għal dik li dak iż-żmien il-Gvern kien iħaddem għall-impjegati tiegħu. Dan il-ftehim kien b'effett mit-13 ta' Frar 1975 u kien ġie kkonfermat bi ftehim ieħor f'Diċembru 1981.

Id-deċiżjoni finali tal-Qorti ntlaqgħet mill-Gvern, li wkoll fil-manifest elettorali tiegħu tal-2022 kien wiegħed li tul din il-leġislatura jindirizza t-talba tal-ħaddiema tal-PBS. B'hekk il-Gvern daħal għall-piż tal-pagamenti meħtieġa skont is-sentenza tal-Qorti u ħalla t-tħaddim tal-iskema f'idejn id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, bħala d-dipartiment li jmexxi l-iskema tal-pensjoni tas-servizz.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Inwettqu Flimkien: 72 eks ħaddiem tal-PBS igawdu minn pagament b'rabta ma' inġustizzja li sofrew
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow