Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Qed jitqassmu 10,000 ktieb fl-iskejjel primarji fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qaritona Nazzjonali

pr240560
Date Icon 11/04/2024

Waqt l-edizzjoni ta' din is-sena tal-Qaritona Nazzjonali qed jitqassmu aktar minn 10,000 kopja ta' ħrejjef oriġinali fl-iskejjel primarji kollha tal-gvern. Il-ktieb, Ħerba f'Art il-Ħrejjef, miktub minn Benjamin Portelli, huwa maħsub biex iħeġġeġ lit-tfal jintilfu fid-dinja tal-qari u jħeġġiġhom jużaw it-talenti tagħhom biex jipproteġu d-dinja.

Il-Qaritona Nazzjonali hija organizzata mill-Malta Trust Foundation u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, u din hija s-seba' edizzjoni tagħha. L-inizjattiva hija mmirata biex tistimula l-kreattività tat-tfal, trawwem fihom l-imħabba lejn il-kotba u l-qari u din is-sena għandha l-għan ukoll li taqsam ideat għal ambjent aktar ekoloġiku u b'saħħtu.

It-tnedija saret fl-iskola primarja ta' Pembroke mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima u l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca Chairperson ta' The Malta Trust Foundation. It-tema magħżula għal din is-sena hija READ - Any time, Any Place.

“Il-Qaritona Nazzjonali hija inizjattiva mill-aqwa u mezz ieħor, flimkien ma' dawk meħuda mill-Agenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li tkattar imħabba lejn il-qari fost l-istudenti. Hija l-missjoni ewlenija tagħna bħala gvern li naraw li l-edukazzjoni tasal għand kulħadd – kull forma ta' edukazzjoni. L-edukazzjoni tieħu diversi forom – u huwa żgur li l-qari huwa l-bażi ta' edukazzjoni sana", qal il-Ministru Clifton Grima waqt it-tnedija ta' din l-edizzjoni tal-Qaritona.

Il-Ministru Grima esprima wkoll ix-xewqa li aktar tfal jinteressaw ruħhom fil-kitba, bħall-awtur tal-ktieb li qed jitqassam fl-iskejjel. Fil-fatt l-awtur, Benjamin Portelli kiteb il-ktieb meta kellu 17-il sena.

Min-naħa tagħha, il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca qalet, “Nittama li l-Qaritona tagħti l-ġwienaħ lill-ħolm tat-tfal biex jesploraw u jkabbru l-orizzonti tagħhom. Il-qari huwa ċ-ċavetta għall-għarfien u huwa importanti wkoll għall-iżvilupp tat-tfal."

Il-Qaritona se tibqa' għaddejja fl-iskejjel kollha sa Mejju u għandha bħala maskot lil Ben il-Ballotra; il-ballotra li hija speċi li qed tgħib f'Malta.

L-awtur tal-ktieb li qed jitqassam, Benjamin Portelli, li jagħlaq 19-il sena aktar tard dan ix-xahar, kiteb din il-ħrafa bit-tama li t-tfal isiru konxji u interessati fil-kunċett tar-responsabbiltà ambjentali b' mod impenjattiv. “Għażilt li nibbaża l-istorja fil-ħrejjef klassiċi minħabba li servew bħala l-introduzzjoni tiegħi stess għal-letteratura. Il-ħrejjef iservu wkoll l-iskop li jedukaw lit-tfal fuq il-morali u l-valuri", qal Benjamin Portelli.

Għat-tnedija kien hemm preżenti wkoll David Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Qed jitqassmu 10,000 ktieb fl-iskejjel primarji fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qaritona Nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Qed jitqassmu 10,000 ktieb fl-iskejjel primarji fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qaritona Nazzjonali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Qed jitqassmu 10,000 ktieb fl-iskejjel primarji fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Qaritona Nazzjonali
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow