Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Investiment fl-infurzar għaż-żamma tal-indafa fil-lokalitajiet

PR240554
Date Icon 10/04/2024

Madwar 50 żona pubblika fil-lokalitajiet tar-Reġjun Port li kienu suxxettibbli għar-rimi illegali tal-iskart, issa ġew mgħammra b'kameras tas-sigurtà. Dan ġie mħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli flimkien mal-President tal-Kunsill Reġjonali tal-Port Paul Farrugia.

Is-sistemi tal-kameras tas-sigurtà ġew ffinanzjati mill-Kunsill Reġjonali Port, sabiex jassistu lill-kunsilli lokali fi ħdan ir-Reġjun fiż-żamma tal-indafa ta' dawn il-11 il-lokalità. Is-sistemi tas-sigurtà huma kollha konnessi mas-sistemi ta' monitoraġġ tal-Aġenzija LESA sabiex ikomplu jsaħħu l-monitoraġġ u l-infurzar fuq rimi ta' skart illegali.

Fid-diskors tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli faħħret l-inizjattiva u l-impenn tal-Kunsill Reġjonali tal-Port li ħejja pjan sostenibbli sabiex jindirizza l-isfida tal-lokalitajiet tal-Port b'mod li jikkumplimenta mezzi oħra ta' infurzar. Hija elenkat li dan l-investiment f'aktar infurzar kien importanti, wara li fl-2023 il-kunsilli reġjonali bdew jamministraw il-ġbir tal-iskart domestiku fuq bażi reġjonali u skont l-iskeda nazzjonali tal-ġbir tal-iskart.

“L-infurzar tal-liġijiet kontra r-rimi illegali tal-iskart huwa essenzjali għall-protezzjoni tal-ambjent li ngħixu fih, is-saħħa pubblika u l-kwalità tal-ħajja tal-komunità kollha," saħqet is-segretarju parlamentari.

L-erbgħa żoni li ġew installati l-kameras fil-Belt Valletta jinkludu ż-żona tal-Kamrata, Triq il-Merkanti kantuniera ma' Triq it-Tramuntana, Triq San Nikola kantuniera ma' Triq San Pawl u Triq il-Fran kantuniera ma' Triq San Duminku.

Is-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit qal li l-installazzjoni ta' aktar sistemi tas-sigurtà għall-monitoraġġ u l-infurzar fuq rimi ta' skart illegali ser jissarrfu f'Belt aktar nadifa u sabiħa, kemm għar-residenti u dawk kollha li jżuru l-Belt Kapitali.

Il-President tal-Kunsill Reġjonali tal-Port Paul Farrugia qal li r-Reġjun Port impenjat li jkompli  jaħdem u jassisti lill-kunsilli lokali fi ħdanu sabiex jindirizzaw sfidi li jistgħu jkunu ta' deterrent għall-kwalità tal-ħajja tar-resident. “Wieħed mill-għanijiet primarji tagħna huwa li nagħtu kwalità ta' ħajja aħjar, kemm lir-residenti kif ukoll lil kull min iżur il-lokalitajiet fi ħdan ir-Reġjun," saħaq is-Sur Farrugia.

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti diversi sindki tal-lokalitajiet fi ħdan il-Kunsill Reġjonali tal-Port.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inwettqu Flimkien: Investiment fl-infurzar għaż-żamma tal-indafa fil-lokalitajiet
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow