Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Inwettqu Flimkien: Konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa

pr240551
Date Icon 09/04/2024

Jitilgħu għal sebgħa il-proprjetajiet ta' Soċjetajiet Mużikali li nxtraw mill-Gvern, b'ħamsa oħra jinsabu fuq konvenju

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kkonkluda l-proċess tax-xiri tas-sede tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa. Din il-proprjetà tingħaqad ma' sitt propjetajiet oħra okkupati minn Soċjetajiet Mużikali, jiġifieri s-sede s-Soċjetà Mużikali Marija Reġina Marsa A.D.1977, is-sede tal-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta' Ħ'Attard, is-sede taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, s-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta' Raħal Ġdid u s-sede tas-Soċjetà Mużikali Stella Maris ta' Tas-Sliema li issa l-Gvern hu s-sid tal-binja prinċipali li minnha joperaw dawn is-soċjetajiet.

Fl-istess waqt hemm ħames sede ta' Soċjetajiet Mużikali oħra li l-Ministeru, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, jinsab f'konvenju mas-sidien privati tagħhom.  Dawn it-tnax-il Soċjetà kienu f'riskju serju ta' żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-liġijiet tal-kera ta' qabel l-1995.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega kif il-Gvern ħa l-inizjattiva sabiex isalva dawn is-soċjetajiet mużikali li huma s-sisien tal-festa Maltija f'kull komunità. Filwaqt li enfasizza t-twemmin tal-Gvern fil-benefiċċji sinifikanti li joħorġu mill-appoġġ lill-festi Maltin, huwa saħaq li hu kruċjali li dawn is-Soċjetajiet Mużikali jibqgħu jiffunzjonaw u jibqgħu aċċessibbli għall-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Huwa fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jintervjeni biex jixtri l-każini li kienu f'riskju imminenti ta' żgumbrament bħala waħda importanti għat-tisħiħ tas-settur kulturali, speċjalment meta wieħed iqis ir-rikonoxximent riċenti mill-UNESCO tal-Festa Maltija bħala Wirt Intanġibbli tal-Umanità.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur għall-Affarijiet Korporattivi tal-Kunsill Malti għall-Arti, Eric Fenech Sevasta, stqarr, “Il-Kunsill qed ikompli jieħu l-passi neċessarji sabiex nassiguraw li l-identità u t-tradizzjonijiet Maltin jibqgħu ħajjin u jkomplu jingħataw il-ħajja fil-komunitajiet tagħna."

Is-sede tas-Soċjetà tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa ġiet akkwistata b'investiment totali ta' €1,100,000.  B'kollox il-Gvern hu mistenni li jinvesti total ta' €19-il miljun meta wieħed iqis l-ammont li diġà ġie investit fl-akkwist tas-seba' proprjetajiet imsemmija u l-ammont li jrid jinħareġ meta wieħed iqis il-ħames proprjetajiet l-oħra li għad irid isir kuntratt finali dwarhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Inwettqu Flimkien: Konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Inwettqu Flimkien: Konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede prinċipali tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow