Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Imniedi l-avveniment POP Sculptcha fl-Esplora

pr240549
Date Icon 09/04/2024

Fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza, l-Esplora, ġie mniedi l-avveniment “Pop Sculptcha". Id-dettalji dwar dan l-avveniment tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti u l-Kap tal-Esplora Olaf McKay.

Permezz ta' dan l-avveniment, li se jittella' bejn it-13 u l-14 ta' April, fl-Esplora l-viżitaturi se jkunu jistgħu jesperjenzaw id-dinja tal-kultura pop, li se jinkludu wkoll diversi superheroes, fosthom Superman, Ironman u ikoni oħra tal-comics. Matul dawn il-jumejn se jittellgħu diversi attivitajiet fosthom taħditiet minn artisti rinomati, esibiti fl-Esplora Planetarium, wirjiet ta' statwi tal-kultura pop, kif ukoll kompetizzjoni tal-cosplay, fost attivitajiet oħra.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti spjega kif, permezz tal-kollaborazzjoni mal-għaqda Malta Statue Collectors, qed jiġi organizzat dan l-avveniment. “Konvinti li din l-attività ser tkompli żżid il-firxa ta' attrazzjonijiet li noffru fl-Esplora, li huma immirati għal viżitaturi ta' kull età, minn tfal sa anzjani. Kommessi li nkomplu nassistu u nikkollaboraw sabiex ntellgħu aktar attivitajiet ta' dan it-tip," tenna s-Segretarju Parlamentari Azzopardi Tanti.

Il-Kap tal-Esplora Olaf McKay spjega, “L-iskultura se tkun parti integrali minn dan l-avveniment, fejn se jkun hawn statwi relatati mal-kultura popolari. F'dan ir-rigward se jkunu qed jintwerew numru ta' figuri ta' karattri li tant aħna mdorrijin narawhom fil-comics, fiċ-ċinema jew fuq it-televiżjoni, u se jingħata wkoll tagħrif dwar x'hemm warajhom min-naħa ta' numru ta' protagonisti internazzjonali magħrufin sew fil-qasam."

Is-Segretarju tal-Malta Statue Collectors Kluivert Bonello qal li, “Pop Sculptcha mhux biss huwa avveniment li jappella għall-familja kollha imma se jservi ta' vetrina għall-kollezzjonisti Maltin fejn tidħol l-arti u teknoloġiji ġodda fosthom l-istampar bit-3D. Waqt Pop Sculptcha l-pubbliku se jkun jista' jammira statwi li jifformaw parti minn uħud mill-aqwa kollezzjonijiet Ewropej, kif ukoll ser jingħata l-opportunità li jammira t-talent ta' cosplayers kemm mix-xena lokali kif ukoll dik lil hinn minn xtutna."

Għal aktar informazzjoni wieħed jista' jaċċessa s-sit: https://esplora.org.mt/pop-sculptcha-where-imagination-and-scientific-exploration-unite/

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Imniedi l-avveniment POP Sculptcha fl-Esplora
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Imniedi l-avveniment POP Sculptcha fl-Esplora
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Imniedi l-avveniment POP Sculptcha fl-Esplora
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inwettqu Flimkien: Imniedi l-avveniment POP Sculptcha fl-Esplora
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow