STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI Eżerċizzju ta’ taħriġ mill-Forzi Dixxiplinati
pr240543
09/04/2024
Il-Forzi Dixxiplinati, għada l-Erbgħa 10 ta’ April bejn is-07h30 u l-16h00, ser jagħmlu eżerċizzju ta’ taħriġ biex ikunu dejjem aktar preparati għal każijiet ta’ terremot u tiġrif ta’ bini.
Dan bħala parti mill-impenn ma jaqta’ xejn tal-Forzi Dixxiplinati biex ikunu dejjem aktar imħarrġa biex ikomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom għal servizz dejjem aqwa għall-familji.
L-eżerċizzju ta’ taħriġ se jsir fl-inħawi tat-Torri ta’ Selmun (https://maps.app.goo.gl/ft1kmh9doXt7NFtY9) u fih se jkunu involuti Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Armata, il-Pulizija u d-Dipartiment tas-Saħħa.
Il-midja hija mistiedna tattendi biex issegwi dan it-taħriġ.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en