Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Titnieda l-inizjattiva Bring Your Own Container

PR240540
Date Icon 08/04/2024

180 negozju jingħaqdu fl-inizjattiva ta' Circular Economy Malta

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli u Circular Economy Malta nedew l-inizjattiva Bring Your Own Container (BOYC), biex iħeġġu lill-konsumaturi jagħżlu kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw meta jixtru firxa wiesgħa ta' prodotti, minn prodotti tax-xorb u ikel għal deterġenti u kożmetiċi.

Wara li sar outreach fl-aħħar ġimgħat, aktar minn 180 ħanut diġà ngħaqdu ma' din l-inizjattiva fejn se joffru roħs, offerti esklussivi, prodotti b'xejn u inċentivi oħra meta l-klijenti jużaw il-kontenituri tagħhom meta jixtru minn dawn il-ħwienet. Circular Economy Malta se tkun qed iżżur numru ta' stabbilimenti reġistrati fejn se tippreżenta rigali lill-klijenti li jagħmlu użu minn kontenituri li jerġgħu jintużaw għax-xiri tagħhom.

Il-Ministru Dalli nediet din l-inizjattiva waqt li ltaqgħet ma' uħud mill-ħwienet li qed jipparteċipaw flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' Circular Economy Jason Vella.

Il-Ministru spjegat li din l-inizjattiva hija pass ieħor importanti 'l quddiem fl-implimentazzjoni tal-viżjoni tal-ekonomija ċirkolari ta' Malta. “Qed inħeġġu lin-nies biex ifittxu b'mod attiv dawk in-negozji li joffru għażliet sostenibbli u mingħajr skart, bħal bring-your-own-container u inċentivi simili oħra. It-tnaqqis tal-iskart li jintuża darba biss huwa opportunità għan-negozji biex inaqqsu l-ispejjeż u jżidu s-sostenibbiltà ambjentali fl-operat tagħhom, li jikkontribwixxu għall-isforzi tagħhom tal-ESG."

“L-inizjattiva tal-Bring-Your-Own-Container se tibni fuq inizjattivi oħra importanti tal-Gvern, bħas-separazzjoni mandatorja tal-iskart, l-introduzzjoni tar-reuse centres u l-projbizzjoni ta' ċertu plastik li jintuża darba biss, biex inkomplu nnaqqsu l-iskart u l-impatt tiegħu fuq l-ambjent. Qed inħeġġu lill-komunitajiet tagħna biex jadottaw mod ta' ħajja aktar sostenibbli, fejn l-iskart isir riżorsa importanti f'ekonomija ċirkolari effettiva," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

In-negozji li qed jipparteċipaw fl-inizjattiva tal-BOYC jinkludu kafetteriji, ristoranti take-away, minimarkets u ħwienet tal-merċa, ħwienet tal-annimali domestiċi, ħwienet tad-deterġenti, u ħafna oħrajn. Circular Economy Malta qed tagħti lill-ħwienet li qed jipparteċipaw marka ta' rikonoxximent tal-BOYC  biex jesponuha fil-ħanut tagħhom biex tindika l-impenn tagħhom li jnaqqsu l-iskart li jintuża darba biss u jħeġġu  lill-klijenti jġibu l-kontenituri tagħhom stess. In-negozji li qed jipparteċipaw huma elenkati wkoll f'mappa online tal-BOYC fuq il-websajt ta' Circular Economy Malta, li turi l-postijiet fejn jinsabu dawn il-ħwienet madwar Malta u Għawdex. In-negozji ser jsostnu wkoll prattiċi tal-iġjene.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Circular Economy Malta Jason Vella nnota l-istħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tal-2023 fejn wera li aktar minn 62% tan-nies f'Malta qed jevitaw b'mod attiv l-ippakkjar tal-plastik, u minflok jagħżlu basktijiet u kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw meta jmorru jixtru. “L-inizjattiva tal-BOYC  hija xhieda tal-impenn ambjentali tagħna. B'ħidma flimkien twassal għal futur aktar nadif u ċirkolari għal Malta," qal is-Sur Vella.

In-negozji interessati li jissieħbu fl-inizjattiva BOYC jistgħu jirreġistraw online fuq www.cemalta.gov.mt. Il-konsumaturi jistgħu jfittxu l-eqreb ħwienet tagħhom li qed jipparteċipaw fuq il-mappa online fuq www.cemalta.gov.mt/bring-your-own-container-map/. Għal aktar informazzjoni, segwi s-socials ta' Sostenibilità u Circular Economy Malta.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Titnieda l-inizjattiva Bring Your Own Container
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Titnieda l-inizjattiva Bring Your Own Container
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow