Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Inkomplu ninvestu fil-kura tas-saħħa tat-tfal

pr240539
Date Icon 08/04/2024

Ġie estiż għall-iskejjel kollha tal-Istat f'Malta u Għawdex il-programm ta' screening tal-podopedjatrija li jivvaluta s-saħħa tas-saqajn tat-tfal. Dan tħabbar fi żjara li saret fil-Kulleġġ Santa Klara f'Tas-Sliema mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima.

Fil-bidu tas-sena kien ġie introdott proġett pilota għal din l-inizjattiva f'numru ta' skejjel bil-għan li tivvaluta s-saħħa tas-saqajn minn kmieni tat-tfal li għandhom bejn sitta u seba' snin. Ġie spjegat kif il-proġett pilota involva eżaminazzjoni ta' 235 student li minnhom 24 student ġew riferuti għal aktar konsultazzjoni fiċ-Ċentru ta' Eċċellenza Podopaediatrics f'Birkirkara fejn qed jirċievu kura speċjalizzata biex jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi tagħhom.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif permezz tal-kollaborazzjoni bejn l-iskejjel u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa f'din l-inizjattiva tfisser impenn għall-benesseri ġenerali tal-istudenti, li tiżgura pedament b'saħħtu għall-futur tagħhom. “Sforzi kontinwi fl-iscreenings podopedijatriċi huma essenzjali għall-promozzjoni ta' approċċ proattiv għas-saħħa tas-saqajn pedjatriċi fi ħdan il-komunità," tenna l-Ministru Abela.

Huwa spjega kif il-kura tas-saqajn minn età żgħira hi importanti ħafna għax timpatta lil persuna iktar ma jikber fl-età. “Inħarsu 'l quddiem sabiex dan il-programm jiġi estiż ukoll fl-iskejjel tal-knisja u fl-iskejjel indipendenti biex b'kollaborazzjoni flimkien, inkomplu nwettqu u noffru kura tas-saħħa għal-ġid tal-komunità," temm jgħid il-Ministru Abela 

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Clifton Grima qal li kollaborazzjoni bejn ministeri u entitajiet governattivi qed iwasslu biex itejbu l-benesseri tal-istudenti fl-iskejjel. “Din hija kollaborazzjoni oħra li qed tagħti l-frott f'settur importanti, is-saħħa tat-tfal tagħna," qal il-Ministru Grima. 

Huwa tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030 il-ġdida u qal li l-pilastru ewlieni f'din l-istrateġija huwa l-Benesseri. “Il-benesseri tal-istudenti huma ċentrali fl-Istrateġija, parti mill-impenn tagħna lejn approċċ li jpoġġi lill-persuni fiċ-ċentru. Benesseri li huma wkoll marbutin mas-saħħa tal-istudenti u għalhekk l-istrateġija tara li jkun hemm żieda fil-ħin u l-kwalità tal-attività fiżika fl-edukazzjoni obbligatorja, imma wkoll il-ħarsien tas-saħħa tal-istudenti", temm jgħid il-Ministru Grima.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Inkomplu ninvestu fil-kura tas-saħħa tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Inkomplu ninvestu fil-kura tas-saħħa tat-tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U L-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Inwettqu Flimkien: Inkomplu ninvestu fil-kura tas-saħħa tat-tfal
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow