Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Għaddejja r-riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Indipendenza ta’ Birżebbuġa

pr240536en
Date Icon 07/04/2024

Xogħlijiet ta' riġenerazzjoni biex dan il-ġnien pubbliku jsir aktar sigur u aċċessibbli

Ir-riġenerazzjoni li għaddejja ta' Ġnien Indipendenza, wieħed mill-aktar ġonna popolari ta' Birżebbuġa, se tagħti ħajja ġdida lil dan l-ispazju miftuħ, b'aktar ħdura, faċilitajiet imtejba u aċċessibbiltà akbar għal kulħadd.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija, u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli, il-Kap Eżekuttiv ta' Proġett Green Joseph Cuschieri, is-Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri flimkien ma' membri mill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa żaru l-ġnien biex jaraw ix-xogħlijiet li għaddejjin. Tul din iż-żjara ltaqgħu wkoll mat-tim ta' Project Green li qed jikkoordina x-xogħlijiet.

Ġnien l-Indipendenza, ta' 1,500 metru kwadru, ilu jservi bħala post ta' divertiment u rilassament għall-komunità lokali. Madankollu, iż-żona kellha bżonn titjib u tiswijiet kbar, peress li xi strutturi tagħha kienu qed isiru mhux siguri għall-viżitaturi.

Proġett Green qed jirriġenera dan il-ġnien b'rampi ġodda għal aktar aċċessibbiltà' żoni ġodda pavimentati, canopies għad-dell, sistemi ġodda ta' irrigazzjoni, siġar u arbuxelli ġodda, u titjib ieħor.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li permezz ta' Project Green u entitajiet oħra, il-Gvern qed jimplimenta investiment bla preċedent fil-ħolqien ta' spazji miftuħa ġodda fil-komunità, kif ukoll intejbu dawk eżistenti.

“Qed inżidu ħafna parks għall-familji ġodda, bħall-Park tal-Familja f'Bengħajsa, li ftaħna f'dan il-lokal is-sena li għaddiet. Madankollu, nagħrfu wkoll li ġonna iżgħar fiż-żoni residenzjali tagħna huma spazji miftuħa essenzjali għall-komunitajiet tagħna. Dawn huma l-postijiet fejn ħafna nies jieqfu għal ftit minuti ta' mistrieħ, fejn it-tfal jiġu jilagħbu ma' tfal oħra fl-istess inħawi, fejn jiltaqgħu l-familji u l-ħbieb. Għalhekk qed inżidu ħafna minn dawn l-ispazji f'lokalitajiet differenti. Qed naħdmu wkoll ma' stakeholders differenti biex nirrinovaw dawk li diġà għandna, biex ikunu aktar sostenibbli, aktar siguri u aktar komdi," qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Jessica Galea, il-Perit fi Project Green, tkellmet dwar l-impenn tal-aġenzija li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti ħodor. Hija kompliet tenfasizza l-importanza li niżguraw li l-proġetti jkunu aċċessibbli, sabiex inrawmu komunitajiet sostenibbli u ambjent isbaħ għal kulħadd; “l-aċċessibbiltà hija fattur importanti fil-missjoni tagħna, hekk kif inkomplu naħdmu biex nieħdu ħsieb l-ambjent, fejn ir-residenti jkunu jistgħu jingħaqdu man-natura, filwaqt li nrawmu ambjent aktar b'saħħtu u sostenibbli għal kulħadd," saħqet il-Perit Galea.

Bħalissa l-aġenzija hija impenjata f'diversi proġetti ambjentali f'Malta u Għawdex, fosthom it-trasformazzjoni mħabbra dan l-aħħar ta' 8,000 metru kwadru ta' art li tista' tiġi żviluppata fi spazji miftuħa ġodda għar-residenti ta' Ħal Lija, Ħal Luqa, ta' Ġiorni f' San Ġiljan u Ħal Kirkop. Ix-xogħlijiet preparatorji biex jinfetħu dawn l-ispazji miftuħa ġodda għaddejjin ġmielhom.

Aktar kmieni din is-sena, Project Green fetħet l-ewwel ġnien f'Malta li jiffoka fuq l-importanza tad-dakkir u n-naħla Maltija – spazju miftuħ ta' 1,000 metru kwadru li fih esperjenza edukattiva unika dwar l-importanza tan-naħal u d-dakkir għall-bijodiversità ta' Malta. Fl-2023, il-Proġett Green fetħet diversi parks u ġonna pubbliċi oħra ġodda, u b'hekk żiedu 40,000 metru kwadru ta' spazji miftuħa f'lokalitajiet differenti.

Għal aktar informazzjoni, żur project.green u segwi l-Project Green u Sostenibilità socials.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Għaddejja r-riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Indipendenza ta’ Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR: Għaddejja r-riġenerazzjoni tal-Ġnien tal-Indipendenza ta’ Birżebbuġa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow