Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’Joanne Gardens f’Ħal Tarxien biex tgawdih il-komunità

pr240535
Date Icon 06/04/2024

Il-komunità Tarxiniża għandha spazju isbaħ fejn diversi familji jistgħu jqattgħu ħin ta' kwalità flimkien. B'investiment ta' €190,000 minn fondi tal-Aġenzija LESA, mill-Fond tan-Norveġja u fondi tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien, flimkien ma' xogħol imwettaq mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, kien inawgurat xogħol ta' tisbiħ u manutenzjoni f'Joanne Gardens f'Ħal Tarxien. Dan il-ġnien, spazju miftuħ popolari fiż-żona, għadda minn proċess ta' manutenzjoni billi sar tibdil fis-sistema tad-dawl, tiswija tal-gazebo tal-injam, tiswija ta' ċnut, l-installazzjoni ta' outside furniture u anke ngħatat attenzjoni għall-pjanti u siġar li hemm fl-istess ġnien. Dan ix-xogħol kien inawgurat mill-Ministru tal-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri u mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħolijiet Pubbliċi Chris Bonett flimkien mas-Sindku tal-lokalità s-Sur Joseph Abela Galea u l-Kunsilliera.

F'diskors qasir il-Ministru Byron Camilleri nnota kif fl-aħħar tliet snin, ġew allokati €3.25miljuni biex isiru diversi proġetti fil-lokalitajiet kollha madwar Malta u Għawdex, mill-Aġenzija LESA li qed tinvesti f'diversi proġetti li minnhom tgawdi l-komunità. “Permezz ta' dan ix-xogħol ir-residenti ta' Ħal-Tarxien għandhom żona miftuħa isbaħ fil-qalba ta' post urbanizzat, li huwa pulmun aħdar għal ħafna residenti li jgħixu fil-madwar. Kommessi illi nibqgħu ninvestu fi proġetti simili li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-komunità," spjega l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma li saret biex twettaq proġett ieħor f'Ħal Tarxien li se jgawdu minnu r-residenti kollha filwaqt li rringrazzja lil kull min kien involut.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett innota b'sodisfazzjon x-xogħlijiet li saru f'Joanne Gardens f'Ħal Tarxien. “Dan il-proġett juri kif bil-kordinazzjoni u l-għaqda bejn diversi entitajiet, sebbaħna lil Joanne Gardens li huma tant għal qalb il-komunità Tarxiniża. Sodisfatt li dan il-ġnien, li joffri spazju ta' serħan għal kull min iżuru, issa jinsab fi stat ħafna aħjar u anke aktar sigur wara x-xogħlijiet ta' riġenerazzjoni, manutenzjoni u tisbiħ," qal il-Ministru Bonett.

Preżenti waqt l-inawgurazzjoni tax-xogħlijiet kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija LESA Svetlick Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’Joanne Gardens f’Ħal Tarxien biex tgawdih il-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’Joanne Gardens f’Ħal Tarxien biex tgawdih il-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’Joanne Gardens f’Ħal Tarxien biex tgawdih il-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurat xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’Joanne Gardens f’Ħal Tarxien biex tgawdih il-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow