Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI

pr240534
Date Icon 06/04/2024

Inwettqu Flimkien: Fl-Imsida inawgurat l-iktar proġett ambizzjuż ta' housing soċjali f'Malta għal 102 familji – Mill-2022 sal-aħħar ta' din is-sena se jkunu ġew inawgurati 442 appartament tal-housing soċjali

Fil-lokalità tal-Imsida, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes inawgura l-iktar proġett ambizzjuż ta' housing soċjali fil-pajjiż u li se jkun qed jilqa' fih 102 familji.

Waqt l-inawgurazzjoni tal-binja, imsemmija għall-eks Ministru Patrick Holland, il-Ministru Galdes semma kif mill-2022 sal-aħħar ta' din is-sena, il-Gvern se jkun fetaħ 442 appartament tal-housing soċjali. “Dan ifisser li sal-aħħar ta' din is-sena, il-Gvern se jkun investa f'442 familja u tahom l-opportunità li jsawru l-futur tagħhom taħt saqaf diċenti u dinjituż," kompla l-ministru.

B'investiment ta' madwar €10 miljuni, il-binja tikkonsisti f'102 appartamenti u 22 garaxx. Fil-futur il-proġett se jkun qed jinkludi Klinika għall-Komunità u ħwienet oħrajn. Il-Ministru Galdes żied jgħid li dan ir-rekord jingħaqad mar-rekord ta' skemi li tamministra l-Awtorità tad-Djar, ir-rekord ta' investiment ta' €50 miljun għal din l-imrewħa ta' skemi u r-rekord fir-rata ta' 82.6% ta' persuni sidien ta' djarhom li għandu pajjiżna fost il-pajjiżi Ewropej.

Il-Ministru Roderick Galdes ikkonkluda jgħid li l-ħidma tal-Gvern fis-settur tal-housing ġabet magħha rivoluzzjoni ħolistika u soċjali. “Is-suċċessi li ksibna u li se nkomplu niksbu huma frott ħidma kollettiva li qegħdin Inwettqu Flimkien."

Fl-intervent tiegħu l-Perit tal-binja, Samuel Formosa, irrimarka li din il-binja, li hija l-ewwel housing soċjali, tista' taħżen riserva tal-ilma riċiklat. Huwa spjega li minkejja l-isfidi tal-ilma baħar, l-għargħar u ilma ġieri, il-binja se tkun tista' tilqa' fiha dan l-ilma fi kmamar mibnija apposta taħt il-livell tat-triq biex imbagħad jintuża mill-Protezzjoni Ċivili. Il-Perit Formosa semma wkoll kif għall-bini tal-faċċata tal-binja ntużat il-ġebla Maltija biex tinżamm id-dehra tradizzjonali.

Preżenti għall-ftuħ tal-binja attendew is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila, is-Sindku tal-lokalità tal-Imsida Margaret Baldacchino Cefai u membri tal-familja Holland.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow