Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI U MINN SERVIZZ.GOV servizz.gov ipprovda 2.2 miljun servizz fl-2023

PR240532
Date Icon 05/04/2024

L-Aġenzija għas-Servizzi Governattivi tniedi dehra ġdida u tippubblika r-rapport annwali

Matul l-2023, servizz.gov irċieva aktar minn 2.2 miljun talba għal servizz jew informazzjoni relatati ma' servizzi pubbliċi. Dan tħabbar mill-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana waqt it-tnedija tar-rapport annwali tal-aġenzija, okkażjoni li fiha ġiet żvelata wkoll id-dehra l-ġdida ta' servizz.gov wara eżerċizzju ta' rebranding.

Mir-rapport annwali jirriżulta li għal darb'oħra, il-mezzi diġitali jibqgħu l-aktar popolari biex wieħed jieħu servizz jew jitlob informazzjoni, b'898,563 viżitatur fuq is-sit elettroniku, servizz.gov.mt. Magħhom jiżdiedu 86,192 email u 61,560 utent li użaw iċ-chatbot, li tnieda uffiċjalment is-sena li għaddiet. Il-Freephone 153 baqa' fost l-aktar linji użati f'pajjiżna, b'863,126 telefonata. Fl-istess perjodu, 287,580 persuna ppreferew servizz wiċċ imb'wiċċ billi żaru l-24 ċentru reġjonali ta' servizz.gov.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li dawn iċ-ċifri huma xhieda li l-Aġenzija għas-Servizzi Governattivi mhux biss qed tkun effiċjenti, iżda wkoll qed tkompli tikber. Żied jgħid li r-riżultati miksuba huma awgurju għal futur dejjem isbaħ.

Il-Kap Eżekuttiv Massimo Vella spjega li servizz.gov għaddej minn proċess ta' speċjalizzazzjoni u modernizzar, li diġà qed iħallu r-riżultati mixtieqa biex il-klijent jinqeda aħjar. Semma li anke l-2024 se tkun sena bi proġetti ambizzjużi fosthom b'aktar modernizzar ta' ċentri, u aktar investiment f'għodod diġitali inkluż bl-assistenza tal-Intelliġenza Artifiċjali.

Ir-Rapport Annwali 2023 ta' servizz.gov jista' jitniżżel b'mod diġitali minn hawn: https://servizzcms.gov.mt/Documents/AnnualPublication_MALTI_DIGITAL.pdf

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI U MINN SERVIZZ.GOV servizz.gov ipprovda 2.2 miljun servizz fl-2023
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI U MINN SERVIZZ.GOV servizz.gov ipprovda 2.2 miljun servizz fl-2023
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI U MINN SERVIZZ.GOV servizz.gov ipprovda 2.2 miljun servizz fl-2023
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow