Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u l-Għaqda mhux Governattiva Breeds of Origin Conservancy

pr240529
Date Icon 04/04/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ppresjeda għall-iffirmar ta' ftehim ta' koperazzjoni li ġie ffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u l-Għaqda Mhux Governattiva Breeds of Origin Conservancy.

Permezz ta' dan il-ftehim, din l-organizzazzjoni qed tintrabat li tipprovdi pariri tekniċi dwar il-konservazzjoni u l-protezzjoni ta' prodotti agrikoli, id-domanda tas-suq għalihom, u n-natura ta' kwalunkwe riżorsi meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet filwaqt li twettaq riċerka dwar prodotti lokali.

“Ir-Razzett Esperimentali tal-Gvern, li jaqa' taħt ir-responsabiltà tad-Direttorat għall-Affarijiet Rurali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, ifittex li jappoġġja lill-komunità tal-biedja lokali fil-promozzjoni tal-iżvilupp agrikolu sostenibbli ta' Għawdex permezz ta' settur agrikolu robust u kompetittiv li jirrispetta l-istandards ambjentali u ta' produzzjoni, il-konservazzjoni ta' razez, speċi, sottospeċi u varjetajiet lokali filwaqt li fl-istess ħin jiżgura livell tajjeb ta' għajxien għall-komunità agrikola Għawdxija," tenna l-Ministru Camilleri.

B'dan il-ftehim il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jintrabat li jiffaċilita l-aċċess għal kwalunkwe riżorsi meħtieġa u miftiehma bejn il-partijiet u jassisti fl-identifikazzjoni ta' prodotti agrikoli lokali għandhom il-potenzjal li jintużaw biex jintlaħaq l-iskop ta' dan il-ftehim.

Iċ-Chairperson tal-għaqda Breeds of Origin Conservancy Noel Buttigieg qal li din l-organizzazzjoni twaqqfet fis-sena 2016 bl-iskop ewlieni li tiffaċilita l-konservazzjoni tal-flora u l-fawna endemiċi, razez indiġeni, speċi u sottospeċi indiġeni, u varjetajiet ikkultivati ta' siġar u pjanti u tiżgura l-preservazzjoni tagħhom għal skopijiet ekonomiċi, soċjali, edukattivi u kulturali. Huwa temm b'ringrazzjament għal din il-koperazzjoni u stqarr li jħares 'il quddiem għal aktar ħidma konġunta.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Gvern huwa kommess li jkompli jagħti sostenn lill-bdiewa u jippromwovi l-iżvilupp agrikolu sostenibbli sabiex dan is-settur jibqa' wieħed b'saħħtu u kompetittiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u l-Għaqda mhux Governattiva Breeds of Origin Conservancy
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow