Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIRETTORAT GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI Salvati 27 kelb immaltrattati minn residenza privata

pr240525
Date Icon 03/04/2024

27 kelb tat-tip magħruf bħala bully breeds instabu mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali f'residenza f'kundizzjoni ħażina. L-uffiċjali tad-Direttorat ħadu azzjoni hekk kif irċevew rapport dwar kelb li allegatament kien jidher f'kundizzjoni ħażina. Hekk kif l-uffiċjali waslu fuq il-post sabiex jivverifikaw ir-rapport, huma sabu numru kbir ta' klieb miżmuma f'qagħda ħażina ħafna, fosthom marbuta bi ktajjen tal-ħadid, b'nuqqas ta' iġjene, numru ta' ġrieħi kif ukoll immaltrattati. Fost dawn il-klieb, kien hemm żewġ ommijiet li kienu qegħdin jindukraw boton ġriewi żgħar magħhom.

L-uffiċjali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali bl-assistenza tal-pulizija, f'operazzjoni li damet għaddejja għal ftit sigħat, ħadu lil dawn il-klieb fil-kustodja tagħhom, b'uħud minnhom ikollhom jiġu ttrattati minħabba l-kundizzjoni prekarja li nstabu fiha.

Din hija operazzjoni oħra li d-Direttorat wettaq sabiex jiġu protetti l-annimali. Dan wara r-riforma li saret riċentament is-sena l-oħra, fejn isaħħaħ kemm il-kapital uman u sussegwentement ukoll l-operat tad-Direttorat. Permezz ta' emendi li saru fl-Att għat-Trattament Xieraq tal-Annimali fis-sena 2023, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ngħata aktar poteri ta' infurzar biex ikun jista' jwettaq operazzjonijiet bħal dawn.

F'każijiet simili, fejn ikun hemm suspett ta' maltrattament ta' annimali, il-pubbliku jista' jagħmel rapport billi jċempel fuq in-numru 1717.

Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jinkoraġġixxi lil dawk il-persuni li jixtiequ jadottaw sabiex iżuru l-Għammieri jew jidħlu fis-sit www.adoptapet.gov.mt.

STQARRIJA MID-DIRETTORAT GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI Salvati 27 kelb immaltrattati minn residenza privata
STQARRIJA MID-DIRETTORAT GĦAT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI Salvati 27 kelb immaltrattati minn residenza privata
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow