Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI INWETTQU FLIMKIEN: Proġett li se jara spazju mitluq f'Ħaż-Żebbuġ jinbidel fi spazju miftuħ biex jitgawda mill-familji

pr240524
Date Icon 03/04/2024


Investiment ta’ madwar miljun ewro fi Ġnien l-Indipendenza f’Ħaż-Żebbuġ

Post li bħalissa jinsab mitluq f’Ħaż-Żebbuġ se jinbidel fi ġnien u spazju miftuħ mill-isbaħ għall-familji. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia waqt żjara li għamel f’dan il-proġett li ra l-bidu tiegħu ftit tal-jiem ilu. 

“Dan huwa proġett ieħor minn sensiela ta’ proġetti li qed inwettqu bħala Gvern biex postijiet li bħalissa jinsabu mingħajr użu jinbidlu fi spazji ħodor u miftuħa għall-komunitajiet. Permezz ta’ dan il-proġett f’Ħaż-Żebbuġ, il-familji se jkollhom post mill-isbaħ ta’ rikreazzjoni fil-kampanja u fejn it-tfal jistgħu jilgħabu f’ambjent sigur. Barra minn hekk dan il-proġett ser jinkludi wkoll spazji għall-attivitajiet komunitarji biex verament inkomplu nagħmlu differenza pożittiva fil-lokalitajiet tagħna,” spjega s-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia.

Barra l-ispazji ħodor, dan il-ġnien se jinkludi wkoll basketball court u picnic areas. L-ilma tax-xita se jinġabar f’ġiebja kbira li se titħaffer taħt l-art sabiex tissupplixxi l-ilma għat-tisqija tas-siġar u l-pjanti tal-ġnien kollu. Ser tinħadem funtana ġdida tal-ilma fin-nofs u sistema ta’ dawl moderna biex ittejjeb il-viżibilità fil-ħinijiet ta’ filgħaxija. Se tiġi installata sistema ta’ CCTV cameras biex tiżdied is-sigurtà tal-post u kif ukoll sistema ġdida ta’ pannelli fotovoltajiċi li jiġġeneraw l-enerġija. Jikkumplimenta dan ix-xogħol ser isir restawr estensiv tal-ħitan eżistenti filwaqt li se titpoġġa għamara ġdida madwar il-post kollu. 

Ser isir titjib ukoll tal-aċċessibbiltà għas-sit b’aċċess iktar sigur, fejn se tiġi installata pelican crossing fit-triq prinċipali li tagħti għal dan il-ġnien.

Is-Sindku tal-lokal Mark Camilleri rringrazzja lid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi għal dan il-proġett li ddeskrivieh bħala wieħed li se jagħmel differenza kbira f’din iż-żona ta’ Ħaż-Żebbuġ. Huwa qal li dan il-ġnien ilu mitluq għal għexieren ta’ snin u grazzi għall-intervent tal-Gvern issa ż-Żebbuġin se jkollhom post ieħor qalb in-natura fejn iqattgħu ħin mal-familja. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI INWETTQU FLIMKIEN: Proġett li se jara spazju mitluq f'Ħaż-Żebbuġ jinbidel fi spazju miftuħ biex jitgawda mill-familji
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI INWETTQU FLIMKIEN: Proġett li se jara spazju mitluq f'Ħaż-Żebbuġ jinbidel fi spazju miftuħ biex jitgawda mill-familji
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI INWETTQU FLIMKIEN: Proġett li se jara spazju mitluq f'Ħaż-Żebbuġ jinbidel fi spazju miftuħ biex jitgawda mill-familji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow