Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA EarthGarden jirritorna f’Malta għas-17-il edizzjoni b’iżjed attrazzjonijiet għall-familja kollha

PR240522
Date Icon 02/04/2024

Il-festival EarthGarden ser ikun qiegħed jittella' f'pajjiżna għas-17-il edizzjoni fuq medda ta' erbat ijiem bejn nhar il-Ħamis 6 ta' Ġunju u l-Ħadd 9 ta' Ġunju f'Ta' Qali, fiż-żona tal-picnic area.

Waqt il-festival se jkun hemm madwar 140 interpretazzjoni differenti ta' diski minn mużiċisti internazzjonali u anke Maltin li jinkludu Tribali, Xtruppaw u Manatapu.

Apparti l-aspett mużikali, l-edizzjoni ta' din is-sena ser tara l-introduzzjoni ta' żona dedikati għall-familji bit-tfal bl-isem ta' Earth Kidz kif ukoll parti li fiha familji jistgħu jagħmlu camping. L-attrazzjonijiet għat-tfal jinkludu wkoll inizjattivi minn Heritage Malta marbutin mal-arti kulinarja u l-kultura, avventura maġika, circus juggling, talent shows pubbliċi, silent discos u attivitajiet marbutin max-xjenza minn Esplora.

Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u l-organizzaturi ta' dan l-avveniment.

Il-Ministru Clayton Bartolo elenka kif l-għajnuna li tipprovdi VisitMalta għal dawn it-tip ta' avvenimenti hija essenzjali biex il-prodott turistiku tagħna jkun iżjed versatili u li jappella għal kulħadd. “Il-fatt li l-organizzaturi ta' dan l-avveniment qegħdin iżidu l-attrazzjonijiet u l-opportunitajiet għall-familji joħroġ fid-deher il-potenzjal li għandna bħala pajjiż biex l-offerta tagħna għal Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jżuruna tkun waħda ta' kwalità ogħla," saħaq il-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA EarthGarden jirritorna f’Malta għas-17-il edizzjoni b’iżjed attrazzjonijiet għall-familja kollha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA EarthGarden jirritorna f’Malta għas-17-il edizzjoni b’iżjed attrazzjonijiet għall-familja kollha
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA EarthGarden jirritorna f’Malta għas-17-il edizzjoni b’iżjed attrazzjonijiet għall-familja kollha
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow