Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg il-mistieden speċjali waqt ħatriet uffiċjali tal-Istat f’San Marino

PR240520
Date Icon 02/04/2024

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg, matul il-jum tat-Tnejn l-1 ta' April, kien il-mistieden speċjali tal-Istat ta' San Marino waqt il-ħatra ta' Kaptani Reġġent fit-tmexxija tal-istess Repubblika.

Waqt diskors tal-okkażjoni, il-Ministru Borg sostna li kien ta' unur għalih li jilqa' din l-istedina għaċ-Ċerimonja tal-Investitura tal-Eċċellenza Tagħhom il-Kaptani Reġent tar-Repubblika ta' San Marino.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Borg sostna kif Malta u San Marino għandhom relazzjoni bilaterali b'saħħitha ferm u ż-żewġ stati għandhom l-għan li jkomplu jmexxu 'l quddiem il-valuri li jsawwru l-identitajiet taż-żewġ stati, fosthom il-viżjoni ta' Mediterran, Ewropa u Dinja f'aktar paċi. “Malta u San Marino huma żewġ stati żgħar fl-Ewropa li lkoll għandna n-newtralità bħala parti essenzjali mill-politika barranija tagħna. Huwa għalhekk li għandna rwol kostruttiv sabiex nippromovu l-paċi, l-istabbilità u d-djalogu," qal il-Ministru Borg.

Huwa sostna kif anke fuq bażi bilaterali qed isir xogħol importanti b'mod partikolari permezz tal-iffirmar tal-qafas bilaterali li permezz tiegħu qed jiġu msaħħa il-konsultazzjonijiet politiċi bejn iż-żewġ pajjiżi, sabiex ikun hemm sinjal qawwi u b'saħħtu tat-tisħiħ ta' dawn ir-relazzjonijiet fiż-żmien li ġej.

Il-Ministru Borg ħa wkoll l-opportunità sabiex jagħti rendikont tax-xogħol importanti li qed jagħmel pajjiżna fl-isfera multilaterali, primarjament fejn jidħol il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u anke l-OSCE. Huwa fakkar kif anke matul l-2025, Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa.

Waqt li kien qiegħed f'San Marino, il-Ministru Borg kellu wkoll laqgħa mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Luca Beccari, fejn kien hemm numru ta' diskussjonijiet politiċi dwar it-triq 'il quddiem għar-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. Iż-żewġ Ministri ffirmaw Protokoll Addizzjonali dwar taxxa fuq id-dħul.

Bħala rikonoxximent, il-Ministru Borg ingħata d-dekorazzjoni ta' Cavaliere di Gran Croce dell'Ordine Equestre di Sant'Agata.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg il-mistieden speċjali waqt ħatriet uffiċjali tal-Istat f’San Marino
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg il-mistieden speċjali waqt ħatriet uffiċjali tal-Istat f’San Marino
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg il-mistieden speċjali waqt ħatriet uffiċjali tal-Istat f’San Marino
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg il-mistieden speċjali waqt ħatriet uffiċjali tal-Istat f’San Marino
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow