Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI Il-ġurament tal-ħatra ta’ Dr Myriam Spiteri Debono bħala President ta’ Malta

pr240519
Date Icon 02/04/2024

Iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra ta' Myriam Spiteri Debono bħala President ta' Malta se ssir nhar il-Ħamis 4 ta' April. Dan waqt seduta speċjali tal-Parlament li se jitlaqqa' fis-sala tat-tron fil-Palazz tal-President, il-Belt.

Bħala President-Elett, in-Nutar Myriam Spiteri Debono mistennija toħroġ mir-residenza privata tagħha f'Birkirkara għal ħabta tad-9:15am. Minn hemm titlaq lejn il-Kon-Katidral ta' San Ġwann fejn issir quddiesa solenni għal art twelidna kkonċelebrata mill-Arċisqof ta' Malta, Monsinjur Charles J. Scicluna. Għal ħabta tal-11:00am, wara l-quddiesa, il-President-Elett flimkien ma' żewġha Dott. Spiteri Debono se jimxu lejn il-Palazz mill-Kon-Katidral. Hawnhekk il-pubbliku inġenerali hu mistieden li jsellem lill-President-Elett tul it-triq mill-Kon-Katidral sa Pjazza San Ġorġ.

In-Nutar Myriam Spiteri Debono mistennija tieħu l-ġurament tal-ħatra għall-ħabta tal-12:15pm u l-ġurament jiġi ffirmat bħala konferma mill-Ispeaker Anġlu Farrugia. Wara l-ġurament tal-ħatra, Dott. Spiteri Debono tagħmel l-ewwel indirizz tagħha bħala President ta' Malta. Il-President il-ġdid imbagħad toħroġ fil-gallarija tal-Palazz issellem lill-pubbliku miġbur fi Pjazza San Ġorġ għall-ħabta tas-12:40pm. Dott. Spiteri Debono flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjuri tagħhom joħorġu fi Pjazza San Ġorġ fejn il-President il-ġdid tingħata 21 gun salute, is-salut nazzjonali u tispezzjona l-gwardja tal-unur għall-ewwel darba bħala President ta' Malta. F'dan il-mument tingħata tislima permezz ta' flypast mill-iskwadra tal-ajru tal-Forzi Armati ta' Malta.

Iċ-ċerimonja tintemm bi tqegħid ta' kuruni tal-fjuri f'riġlejn il-Monument tal-Gwerra u d-daħla tal-President il-ġdid fil-Palazz ta' Sant'Anton. Il-pubbliku u l-għaqdiet huma mħeġġa jtellgħu l-bandiera Maltija fil-jum tal-ġurament tal-ħatra tal-President ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow