Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Fi tmiem din il-ġimgħa jitħallsu l-pagamenti tal-In-Work Benefit u l-Carer’s Grant

PR240518
Date Icon 02/04/2024

Fi tmiem din il-ġimgħa ser jitħallsu l-ewwel pagamenti tal-In-Work Benefit u tal-Carer's Grant għal din is-sena, wara li ftit tal-jiem ilu tħallsu wkoll l-Allowance għall-Carers u l-Allowance Miżjuda għall-Carer. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

Il-pagament tal-ewwel tliet xhur tal-In-Work Benefit, li jkopri minn Jannar sa Marzu 2024, se jilħaq aktar minn 23,262 benefiċjarju bi spiża ta' kważi €3.5 miljun għall-ewwel kwart tas-sena.  Minn dawn it-23,262 benefiċjarju, 1,023 benefiċjarju ser jirċievu ittra sabiex jipprovdu lid-Dipartiment IBAN number sabiex jitħallsu dak dovut minħabba li huma benefiċjarji ġodda.

Dan il-pagament tal-In-Work Benefit ser ikun qiegħed jinkludi ż-żieda ta' €50 għal kull wild fis-sena hekk kif tħabbar mill-Gvern fil-Budget 2024. Il-Ministru Michael Falzon sostna li din iż-żieda tikkumplimenta t-twessiegħ fit-threshold tal-In-Work Benefit, sabiex aktar familji jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan il-benefiċċju.

“S'issa, l-investiment soċjali fuq dawn l-erba' benefiċċji jlaħħaq kważi t-€8.2 miljun u se jibbenefikaw 25,324 familja, liema investiment sal-aħħar tas-sena ikun qed jilħaq it-€28.5 miljun. Ser inkomplu nsaħħu l-livell t'għajxien tal-familji tagħna għax verament nemmnu f'ġustizzja soċjali," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Pagament ieħor li ser jitħallas fi tmiem din il-ġimgħa huwa l-Carer's Grant, li jingħata lill-ġenituri li ma jkollhomx possibilità li jaħdmu biex jieħdu ħsieb wild b'diżabilità fl-età ta' aktar minn 16-il sena u l-wild ikun intitolat għall-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa minħabba li ma jkunx f'pożizzjoni li jaħdem. 

Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musu, spjega li inizjalment dan il-benefiċċju beda jingħata fl-ammont ta' €300, u issa tela' għal kważi €5,000 fis-sena, li jammonta għal nofs il-paga minima netta. Fil-fatt, minn Jannar, 2024, u sabiex tiġi riflessa ż-żieda fil-Paga Minima Nazzjonali, minbarra ż-żieda tal-COLA, il-pagament ser jogħla b'kollox għal €4,997. Dan ifisser illi min hu eliġibbli ser jirċievi €1,249.25 kull tlett xhur.

Minn din is-sena, il-benefiċjarji tal-Carer's Grant  ser jibbenefikaw minn żieda li kważi tlaħħaq il-€500 fuq l-ammont tas-sena l-oħra. B'kollox, in-numru ta' benefiċjarji huwa 416 b'investiment ta' kważi €520,000 għall-ewwel kwart tas-sena.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Fi tmiem din il-ġimgħa jitħallsu l-pagamenti tal-In-Work Benefit u l-Carer’s Grant
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow