Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien għax nemmnu f’pajjiżna – il-Prim Ministru jelenka ħidmet il-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn u jħabbar inizjattivi ġodda

pr240517
Date Icon 02/04/2024

Bit-tema “Inwettqu Flimkien", il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-implimentazzjoni tal-programm elettorali tul dawn l-aħħar sentejn waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta' Kastilja. Fuq quddiem nett, it-titjib fl-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi, b'kontijiet orħos tal-enerġija. Saħaq li l-istabbiltà ġejja minn prezzijiet orħos, kemm tal-kontijiet tal-enerġija kif ukoll ta' prodotti essenzjali tal-ikel, wasslet għall-fiduċja li ssarrfet f'iktar tkabbir ekonomiku. Il-Prim Ministru Robert Abela qal li “Mhux biss bqajna nirreġistraw l-ogħla tkabbir fl-Unjoni Ewropea, iżda iktar minn hekk, il-ġid qed jilħaq iktar nies."

Irrefera għall-figuri tal-Eurostat li juru li l-ġid nazzjonali ras għal ras qed jaqbeż il-medja taż-Żona Ewro. Kisba sinifikattiva meta ħdax-il sena ilu ż-Żona Ewro kellha ġid per capita ta' 21% aħjar minn ta' pajjiżna. U għax l-ekonomija serja tajjeb, sostna Dr Abela, il-Gvern seta' jagħti żidiet fiċ-Children's Allowance, żidiet fil-pensjonijiet u għajnuniet ġodda lill-first-time buyers u lill-ġenituri li wliedhom jibqgħu jistudjaw wara l-età obbligatorja. Dan minbarra l-għajnuna addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja b'mekkaniżmu ġdid għall-aktar vulnerabbli.

Dwar l-ambjent, inizjattiva ġdida li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela kienet il-proġett li permezz tiegħu Wied Inċita f'Ħ'Attard jibda jitgawda mill-pubbliku fi ftit xhur biss oħra. L-istess għall-proġett f'Ta' Qali li se jkun jista' jibda jitgawda mix-xahar id-dieħel. Elenka ħidmet l-aġenzija Project Green u kif din qed taħdem fuq aktar spazji ġodda li se jkunu aċċessibbli f'madwar ħames minuti biss bil-mixi għal aktar minn 12,000 ruħ.

Tkellem dwar is-suq tax-xogħol u kif għandna l-inqas rata ta' qgħad fl-istorja. Spjega kif għal kull persuna tirreġistra għal impjieg hemm tmien postijiet tax-xogħol li jridu jimtlew. Qal li dak kien ifisser li kienu jinħtieġu persuni ta' nazzjonalitajiet oħra li ġabu magħhom ċertu sfidi. Dr Abela qal li, “Għalhekk daħħalna l-iskills passport fis-settur tat-turiżmu, għalhekk qed nirregolaw l-kirjiet bi standards ogħla, għalhekk daħħalna regoli ġodda għal min irid isuq karozza b'Y-Plate f'pajjiżna u għalhekk daħħalna l-ewwel liġi fuq it-temping agecies." Dwar it-temping agencies il-Prim Ministru ħabbar li l-liġi daħlet fis-seħħ u li sa issa rreġistraw 31 operatur biex issa l-operaturi għandhom ċans sal-1 ta' Ġunju 2024 biex jaġġustaw l-operat tagħhom.

Dwar investimenti kapitali, il-Prim Ministru saħaq li l-Gvern investa somma rekord fi proġetti infrastrutturali, edukattivi, sportivi, marittimu, soċjali u ambjentali. Dan filwaqt li Malta baqgħet vuċi internazzjonali b'saħħitha u kompliet issaħħaħ ir-reputazzjoni tagħha.

Il-Prim Ministru Robert Abela temm jgħid li Malta se tibqa' waħda riformista, li toffri kwalità ta' ħajja aħjar għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien għax nemmnu f’pajjiżna – il-Prim Ministru jelenka ħidmet il-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn u jħabbar inizjattivi ġodda
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Inwettqu Flimkien għax nemmnu f’pajjiżna – il-Prim Ministru jelenka ħidmet il-Gvern f’dawn l-aħħar sentejn u jħabbar inizjattivi ġodda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow