Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Soft2Bet tkompli tikber f’pajjiżna

pr240516
Date Icon 01/04/2024

Fl-aħħar jiem il-kumpanija tal-igaming Soft2Bet kompliet tikber f'pajjiżna hekk kif irrilokat għal uffiċċju ġdid ġewwa The Quad Central. Waqt l-inawgurazzjoni ta' dan l-uffiċċju, il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal li dan is-suċċess ta' Soft2Bet huwa suċċess għal pajjiżna wkoll hekk kif jikkonferma li pajjiżna huwa hub ta' eċċellenza għas-settur tal-igaming.

“Ftit snin ilu Soft2Bet kellhom uffiċċju żgħir f'Tas-Sliema fejn kienu jimpjegaw 5 persuni. Illum, hawnhekk f'dan l-uffiċċju ġdid hawn 130 ħaddiem bil-possibbiltà u l-pjan li l-kumpanija tkompli tespandi aktar. Din hija turija tal-fiduċja li l-kumpaniji barranin fl-igaming għandhom fl-ekonomija ta' pajjiżna," qal il-Ministru Silvio Schembri.

“Illum apparti l-industrija tal-igaming qegħdin niżviluppaw niċeċ ekonomiċi ġodda, bħal dawk tal-video game development u l-esports u għandna kumpaniji internazzjonali li qegħdin jaħdmu minn pajjiżna u jkomplu jkabbru isem pajjiżna f'dawn is-setturi," żied il-Ministru Silvio Schembri

Fid-diskors tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Gaming Malta Ivan Filletti qal, “Gaming Malta tibqa' taħdem id f'id mal-industrija kollha tal-gaming f'pajjiżna, biex flimkien jinħoloq l-aqwa ambjent biex nibqgħu noħolqu opportunitajiet ġodda."

Għall-ftuħ ta' dan l-uffiċċju attendew l-ogħla diriġenti ta' Soft2Bet, fosthom il-fundatur u Kap Eżekuttiv Uri Poliavich.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Soft2Bet tkompli tikber f’pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Soft2Bet tkompli tikber f’pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow