STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali – Ġunju 2024
Ħatra ta' assistenti kummissjonarji elettorali u persuni għall-għadd tal-voti
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li ser tilqa' applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli sabiex iservu bħala assistenti kummissjonarji elettorali u persuni għall-għadd tal-voti fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali li se jsiru nhar is-Sibt, 8 ta' Ġunju, 2024.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu onlajn (electoral.gov.mt/applynow) mil-lum it-Tnejn, 1 ta' April 2024 mit-8.00am sat-Tnejn, 15 ta' April 2024 sas-7.00pm.
Min jixtieq jissottometti applikazzjoni bl-idejn, jista' jmur fl-Uffiċċju Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti (Ex-Trade Fair Grounds)fin-Naxxar jew fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, mil-lum it-Tnejn, 1 ta' April 2024 sat-Tnejn, 15 ta' April 2024, bejn it-8.00am sas-1.00pm, u mit-3.00pm sas-7.00pm, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, u s-Sibtijiet mit-8.00am sas-1.00pm. F'dan il-każ, l-applikanti jridu jippreżentaw il-karta tal-identità.
Minħabba li l-aċċess lejn l-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar huwa bħalissa ristrett minħabba xogħol infrastrutturali fil-viċinanzi, huwa rakkomandat li wieħed jasal l-Uffiċċju Elettorali minn Triq il-Markiż Giuseppe Scicluna, fuq in-naħa tax-xellug tal-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, u jipproċedi fuq ix-xellug meta jasal fi Pjazza Ċelsi.
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en