Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tlestew ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa

pr240513
Date Icon 30/03/2024

B'investiment ta' €2.1 miljun, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa. Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett waqt żjara fuq is-sit tal-proġett.

Dan il-breakwater imur lura għexieren ta' snin u sakemm inbena l-port taċ-Ċirkewwa, f'nofs is-sebgħinijiet, kienu jitrakkaw miegħu l-laneċ li kienu joperaw il-vjaġġi bejn Malta u Għawdex, iżda tul is-snin ġarrab ħsarat konsiderevoli kaġun tal-elementi.

Permezz ta' stħarriġ strutturali ġie kkonfermat li partijiet sostanzjali mill-istruttura ta' dan il-breakwater  kienu mikulin jew totalment imkissrin. Għaldaqstant, l-aġenzija bniet mill-ġdid l-istruttura kollha tal-breakwater, inkluża l-gverta twila 85 metru u wiesgħa 9 metri, il-ħajt (sea wall) li jipproteġiha mill-qawwa tal-mewġ u anke għamlet tiswijiet estensivi fil-pedamenti li hemm f'qiegħ il-baħar.

Il-Ministru Bonett spjega li dan il-proġett huwa parti minn proġett akbar ta' restawr ta' breakwaters madwar Malta, inklużi dawk ta' Marsaxlokk, Marsaskala u issa l-Marfa, li jservu kemm ta' lqugħ għall-elementi kif ukoll ta' rmiġġ għad-dgħajjes tas-sajjieda u ta' dawk li jipprovdu s-servizz  ta' trasport bejn Malta u Kemmuna. Huwa temm jgħid li dan il-proġett jirrifletti l-ħidma kontinwa tal-Gvern li jkompli jinvesti fl-infrastruttura marittima.

Il-Kap tat-Taqsima Marittima ta' Infrastructure Malta, Janice Borg, qalet li dan il-proġett kien meħtieġ wara ħsarat li l-breakwater ġarrab mill-elementi u l-maltempati li ħakmuh matul is-snin. Żiedet tgħid li wara ħidma estensiva li tvarja minn bini mill-ġdid tal-pedamenti tal-breakwater sa sistemi ġodda ta' dawl madwar l-istruttura, din l-infrastruttura tista' terġa' tintuża mill-ġdid mil-laneċ tas-sajjieda kif ukoll mid-dgħajjes tal-passiġġieri u mid-dilettanti tas-sajd bil-qasba.

Il-ħidma fuq il-breakwater tal-Marfa kienet tinkludi wkoll installazzjoni ta' dawl ġdid u sistemi oħra ta' sigurtà madwar il-breakwater. Dan il-proġett kiseb finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tlestew ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tlestew ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tlestew ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Tlestew ix-xogħlijiet fuq il-bini mill-ġdid tal-breakwater tal-Marfa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow