Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fil-Palazz tal-Gran Mastru

pr240510
Date Icon 28/03/2024

Il-President ta' Malta George Vella laqa' lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta. Il-President enfasizza r-rwol importanti tal-Parlament Ewropew fid-demokrazija parteċipattiva u l-enfasi li tingħata liċ-ċittadini permezz ta' għadd ta' inizjattivi. Huwa esprima t-tama tiegħu li permezz tal-elezzjonijiet li ġejjin, iċ-ċittadini tal-UE jkollhom aktar aċċess għall-istituzzjoni tal-UE, u aktar influwenza fuqhom.

Ġie diskuss ir-rwol tal-Parlament Ewropew fl-indirizzar tal-iżviluppi reġjonali, b'enfasi partikolari fuq it-tkabbir u l-migrazzjoni.

Il-President Vella rringrazzja lil Dr Metsola għaż-żjara tagħha u għall-kooperazzjoni tagħha matul il-Presidenza tiegħu.

Il-President Metsola rringrazzjat lill-President Vella għas-servizz tiegħu lill-poplu ta' Malta u Għawdex, għat-taħditiet li kellhom u l-gwida tiegħu, u għall-kooperazzjoni kbira mal-Parlament Ewropew.

Saħqet fuq l-importanza tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju li ġej, u tenniet l-appell tagħha lill-poplu ta' Malta u Għawdex biex jivvota u jsemma leħnu meta jagħżel is-6 Membri tal-Parlament Ewropew.

Faħħret ukoll ir-restawr riċenti fil-Palazz tal-Gran Mastru, li sar permezz ta' fondi tal-UE. “Dan huwa eżempju ieħor ta' kif l-UE ġġib bidla pożittiva fis-soċjetajiet tagħna, billi tippreserva l-kultura u tippromwovi l-wirt tagħna," qalet il-President Metsola.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fil-Palazz tal-Gran Mastru
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fil-Palazz tal-Gran Mastru
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President George Vella jilqa’ lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fil-Palazz tal-Gran Mastru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow