Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Madwar 200 familja fil-Mosta jibbenefikaw minn żewġ proġetti ta’ riġenerazzjoni

pr240507
Date Icon 28/03/2024

Madwar 200 familja residenti fiż-żona ta' akkomodazzjoni soċjali magħrufa bħala Ta' Mlit, fil-lokalità tal-Mosta, ibbenefikaw minn żewġ proġetti ta' riġenerazzjoni li se jfissru kwalità ta' ħajja aħjar għalihom.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes waqt l-inawgurazzjoni tar-riġenerazzjoni tal-faċċati, bjut u komuni tal-appartamenti ta' akkomodazzjoni soċjali u l-inawgurazzjoni ta' żona ta' rikreazzjoni ġdida.

“B'investiment totali ta' aktar minn €2 miljun, dawn iż-żewġ proġetti jikkonfermaw ir-rieda tagħna bħala Gvern lejn il-komunitajiet tagħna, fejn qed naraw li noffru kwalità ta' ħajja aħjar b'mod ħolistiku lil dawn ir-residenti," saħaq il-ministru.

Il-proġett ta' żona ġdida għar-rikreazzjoni sar b'fondi mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF). Il-proġett kien jikkonsisti f'riġenerazzjoni totali taż-żona, żieda fl-aċċessibbiltà permezz ta' rampi, tħawwil ta' siġar u sistema ta' panelli solari li se jkunu qed jiġġeneraw l-elettriku f'din iż-żona.

Dawn il-familji jingħaqdu mal-2,000 resident u 270 blokka li l-Awtorità tad-Djar fl-aħħar tliet snin irriġenerat b'investiment li jlaħħaq l-€10 miljun.

“Dan l-investiment huwa sinjal ieħor b'saħħtu tal-impenn li dan il-Gvern għandu lejn is-settur tal-akkomodazzjoni, settur li nqisuh bħala pilastru soċju-ekonomiku importanti fil-formulazzjoni ta' pajjiżna," temm jgħid il-Ministru Galdes.

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Segretarju Permanenti Emanuel Psaila.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Madwar 200 familja fil-Mosta jibbenefikaw minn żewġ proġetti ta’ riġenerazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Madwar 200 familja fil-Mosta jibbenefikaw minn żewġ proġetti ta’ riġenerazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Madwar 200 familja fil-Mosta jibbenefikaw minn żewġ proġetti ta’ riġenerazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Madwar 200 familja fil-Mosta jibbenefikaw minn żewġ proġetti ta’ riġenerazzjoni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow