Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MINN FESTIVALS MALTA GĦALL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI Attivitajiet ta’ Jum il-Ħelsien - Il-Ħadd, 31 ta’ Marzu 2024

pr240505
Date Icon 28/03/2024

Jum il-Ħelsien ifakkar il-ġurnata li Malta kisbet il-ħelsien kostituzzjonali u mmarkat l-għeluq tal-bażi militari Ingliża.  Fil-31 ta' Marzu 1979, telqu l-aħħar bastimenti Ingliżi minn pajjiżna u Malta ma baqgħetx tintuża bħala bażi militari Ingliża. Fl-okkażjoni tal-45 sena anniversarju ta' Jum il-Ħelsien, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali, qed torganizza programm ta' attivitajiet sabiex jiġi mfakkar dan il-jum.

F'Jum il-Ħelsien, nhar il-Ħadd, 31 ta' Marzu 2024, fit-8:15 ta' filgħodu, jibda marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Pjazza Pawlino Vassallo f'Bormla u jgħaddi minn Triq Dom Mintoff għal Triq San Lawrenz il-Birgu, sal-Monument tal-Ħelsien.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien mal-Gwardja tal-Unur se jilqgħu lill-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Robert Abela u l- Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Iċ-ċerimonja fuq l-għolja tal-Ħelsien tilħaq il-qofol tagħha fid-8.45 ta' filgħodu fejn mal-wasla tal-President jingħata s-salut nazzjonali. Wara, l-ogħla awtoritajiet flimkien jitilgħu l-għolja tal-Ħelsien fejn il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta tesegwixxi l-Innu tal-Ħelsien.

Wara tindaqq il-fanfarra u jitpoġġew il-fjuri fuq l-istess monument. Iċ-ċerimonja tiġi fi tmiemha bid-daqq tal-innu nazzjonali.

Il-programm tal-31 ta' Marzu f'Bormla u l-Birgu ser isiru aktar kmieni mis-snin preċedenti sabiex ma jtellef xejn mill-attivitajiet marbuta mal-Għid il-Kbir li jiġu ċċelebrati fil-Kottonera.

Nhar it-Tnejn 1 ta' April 2024, fl-10:30 ta' filgħodu ser issir parata mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.  F'din il-wirja, il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta mmexxija mill-Kaptan Jonathan Borg tesegwixxi numru ta' kompożizzjonijiet lokali flimkien ma' numru ta' marċi li matulhom isiru diversi formazzjonijiet mill-istess membri tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta. Lejn l-aħħar tal-Parata l-Banda tesegwixxi “Lil Malta f'Jum il-Ħelsien" ta' Mikis Theodorakis.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow