Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurata klinika ġdida għall-komunità fil-Qala Għawdex

pr240504
Date Icon 27/03/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela flimkien mal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawguraw klinika ġdida għall-komunità fil-Qala, Għawdex.

Din il-Klinika se tkun qed toffri s-servizzi ta' tabib tal-familja, speech and language pathology, Fiżjoterapija, Podjatrija u s-servizz ta' Screening tal-Għajnejn li se jkun l-ewwel servizz tax-xorta tiegħu fi Klinika fil-Komunità f'Għawdex. Ser ikun possibbli li s-servizzi jiġu offruti mill-istess professjonist u b'hekk il-pazjenti jkollhom kura kontinwa mal-istess professjonist. 

Din il-klinika ġdida, li x-xogħlijiet fuqha saru mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, kienet parzjalment iffinanzjata mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), u se tkun qed taqdi 'l fuq minn 2,500 persuna residenti l-Qala kif ukoll persuni li jgħixu fil-madwar.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif b'dan il-mudell qed ikomplu jpoġġu l-pazjent fiċ-ċentru tal-kura fil-livell tas-saħħa primarja. Il-pazjenti se jkunu qed jibbenefikaw ukoll minn aċċessibilità sħiħa għas-servizzi professjonali f'waqthom bl-għajnuna tas-sistema kompjuterizzata tal-Electronic Patient Record. Kompla jispjega li permezz tal-kunċett tal-kontinwità tal-kura se jkunu qed jagħtu s-setgħa lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa primarja biex ikunu jistgħu jilħqu livell ogħla ta' servizz għall-benefiċċju tal-pazjenti.

“Il-Gvern jibqa' kommess li jkompli jinvesti u jsaħħaħ il-kura primarja fil-komunità sabiex b'hekk inkomplu noffru servizz tas-saħħa tal-ogħla livell", temm jgħid il-Ministru Abela.

Min-naħa tiegħu, l-Ministru Clint Camilleri stqarr li “Wara li ftit tax-xhur ilu ftaħna l-kliniċi għall-komunità fl-Għarb u fil-Belt Victoria issa ftaħna t-tielet ċentru fil-Qala sabiex inkomplu nilħqu l-esiġenzi tas-saħħa tal-Għawdxin. Ix-xogħlijiet li twettqu f'din il-binja jkomplu jixhdu l-impenn tagħna lejn it-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi tal-kura tas-saħħa f'Għawdex, għall-ġid tar-residenti u tal-professjonisti mediċi."  

Il-Ministru Camilleri temm jgħid li l-pazjenti issa se jkollhom kura tas-saħħa f'ambjent modernizzat u komdu, filwaqt li l-professjonisti mediċi jibbenefikaw minn faċilitajiet imtejba li jiffaċilitaw ix-xogħol tant importanti tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurata klinika ġdida għall-komunità fil-Qala Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurata klinika ġdida għall-komunità fil-Qala Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurata klinika ġdida għall-komunità fil-Qala Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurata klinika ġdida għall-komunità fil-Qala Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow