Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat proġett ta' restawr tal-Fishermen's Shed f'San Ġiljan

pr240502
Date Icon 27/03/2024

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo inawgura l-proġett ta' restawr tal-Fishermen's Shed f'San Ġiljan, fil-preżenza taċ-Chairperson tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, id-Deputat Kap Eżekuttiv Kevin Fsadni u ħaddiema tal-istess Awtorità.

L-għan tal-proġett kien sabiex ikompli jissaħħaħ il-prodott turistiku tradizzjonali f'din iż-żona, hekk kif San Ġiljan huwa mfittex sew mit-turisti, kif ukoll sabiex jiġi salvagwardjat il-wirt kulturali li toffri din il-parti ta' San Ġiljan.

F'din iż-żona, li fiha numru kbir ta' sajjieda jirmunkaw id-dgħajjes tagħhom, sar xogħol ta' restawr sabiex titjieb l-kundizzjoni tal-binja tal-barrakka tas-sajjieda u l-boathouses biswit u biex jingħata nifs ġdid lil din iż-żona

“Bħala pajjiż kommessi li nkomplu nieħdu ħsieb il-wirt kulturali tagħna b'mod kontinwu, kif ukoll ser ikompli jissokta l-investiment fil-prodott turistiku lokali. Aktar kemm ninvestu f'dawn it-tip ta' proġetti iżjed ngħollu l-kwalità tal-offerta tagħna lill-Maltin, l-Għawdxin u t-turisti li jżuru diversi żoni turistiċi f'pajjiżna," temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat proġett ta' restawr tal-Fishermen's Shed f'San Ġiljan
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat proġett ta' restawr tal-Fishermen's Shed f'San Ġiljan
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat proġett ta' restawr tal-Fishermen's Shed f'San Ġiljan
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow