Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tnedija ta’ Programm Psikoedukattiv għall-Anzjani f’Ħaż-Żebbuġ

pr240501
Date Icon 27/03/2024

F'attività li saret f'Ħaż-Żebbuġ, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea ħabbar it-tnedija ta' servizz ta' psikoedukazzjoni għall-anzjani fl-istess lokalità. Dan is-servizz, bl-isem 'Insir naf lili nnifsi aħjar', huwa maħsub biex jgħin lill-anzjani jiffaċċjaw b'mod aktar effettiv sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom matul il-ħajja tagħhom.

Il-programm, li jikkonsisti f'8 sessjonijiet edukattivi mmexxija minn psikoterapista kwalifikata, se jiffoka fuq it-tisħiħ tal-benesseri mentali tal-anzjani. Il-parteċipanti se jitgħallmu kif jagħrfu u jimmaniġġjaw emozzjonijiet, kif ukoll kif jikkomunikaw u jieħdu ħsieb sitwazzjonijiet diffiċli b'mod aktar effettiv.

Dan is-servizz jingħata f'lokalitajiet oħra u huwa ppjanat li jiġi estiż madwar iċ-ċentri kollha tal-anzjanità attiva. Dan is-servizz jingħata wkoll anke fi kliniċi, kif ukoll ġewwa r-residenza privata tal-anzjani bi problemi ta' mobilità. Matul l-2023 saru madwar 890 sessjoni kemm fi grupp u anke b'mod individwali.

Is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea esprima l-importanza ta' dan is-servizz. “Illum qed invaraw dan is-servizz ġdid ta' psikoedukazzjoni f'Ħaż-Żebbuġ, li huwa maħsub biex jgħin l-anzjani jiffaċċjaw sitwazzjonijiet diffiċli matul il-ħajja tagħhom, u joffrilhom għodod u strateġiji biex jimmaniġġjaw aħjar dawn is-sitwazzjonijiet. Inħarsu 'l quddiem sabiex dan is-servizz ikompli jingħata madwar iċ-ċentri kollha tal-anzjanità attiva."

Intant, is-Sindku ta' Ħaż-Żebbuġ, Mark Camilleri, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal din l-inizjattiva. “Dan il-programm huwa interessanti ferm, fejn qed nipprovdu opportunità unika lill-anzjani tagħna biex jitgħallmu u jtejbu l-benesseri mentali tagħhom".

Il-programm huwa miftuħ għall-anzjani kollha interessati li jixtiequ jipparteċipaw f'dawn is-sessjonijiet edukattivi. Għal aktar informazzjoni dwar dan il-programm jew għal dettalji dwar servizzi oħra offruti mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, wieħed jista' jikkuntattja ċ-Ċentru Servizz Anzjan jew jżur il-website uffiċjali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tnedija ta’ Programm Psikoedukattiv għall-Anzjani f’Ħaż-Żebbuġ
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Tnedija ta’ Programm Psikoedukattiv għall-Anzjani f’Ħaż-Żebbuġ
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow