Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Proprjetà oħra ta’ Soċjetà Mużikali li kienet f’riskju serju ta’ żgumbrament tinxtara mill-Gvern

pr240500
Date Icon 27/03/2024

Jitilgħu għal sitta l-proprjetajiet ta' Soċjetajiet Mużikali li nxtraw mill-Gvern, b'sitt proprjetajiet oħra jinsabu fuq konvenju

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kkonkluda x-xiri tas-sede tas-Soċjetà Mużikali Marija Reġina Marsa A.D.1977. Din tingħaqad ma' ħames Soċjetajiet Mużikali oħra, jiġifieri s-sede tal-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta' Ħ'Attard, is-sede taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, s-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara u s-sede tas-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta' Raħal Ġdid u s-sede tas-Soċjetà Mużikali Stella Maris ta' Tas-Sliema, li issa l-Gvern hu s-sid tas-sede prinċipali tas-Soċjetà.

Fl-istess waqt hemm sitt sede ta' Soċjetajiet Mużikali oħra li l-Ministeru, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, jinsab f'konvenju mas-sidien privati tagħhom. Dawn it-tnax-il Soċjetà kienu f'riskju serju ta' żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-liġijiet tal-kera ta' qabel l-1995.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, Arti, u Gvern Lokali Owen Bonnici spjega kif il-Gvern ħa l-inizzjattiva sabiex isalva dawn is-soċjetajiet mużikali li huma s-sisien tal-festa Maltija f'kull komunità. Filwaqt li enfasizza t-twemmin tal-Gvern fil-benefiċċji sinifikanti li joħorġu mill-appoġġ lill-festi Maltin, huwa saħaq li hu kruċjali li dawn is-Soċjetajiet Mużikali jibqgħu jiffunzjonaw u jibqgħu aċċessibbli għall-komunitajiet rispettivi tagħhom.

Il-Ministru fisser id-deċiżjoni tal-Gvern li jintervjeni biex jixtri l-każini li kienu f'riskju imminenti ta' żgumbrament bħala waħda importanti għat-tisħiħ tas-settur kulturali, speċjalment meta wieħed iqis ir-rikonoxximent riċenti mill-UNESCO tal-Festa Maltija bħala Wirt Intanġibbli tal-Umanità.

Is-sede tas-Soċjetà Mużikali Marija Reġina Marsa A.D.1977 ġiet akkwistata b'investiment totali ta' €250,000.  B'kollox il-Gvern hu mistenni li jinvesti total ta' €19-il miljun meta wieħed iqis l-ammont li diġà ġie investit fl-akkwist tas-sitt proprjetajiet imsemmija u l-ammont li jrid jinħareġ meta wieħed iqis is-sitt proprjetajiet l-oħra li għad irid isir kuntratt finali dwarhom.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur għall-Affarijiet Korporattivi tal-Kunsill Malti għall-Arti Eric Fenech Sevasta stqarr, “Dan l-investiment huwa  wieħed minn sensiela ta' investimenti li saru biex nassiguraw li l-identità u t-tradizzjonijiet Maltin jibqgħu ħajjin u jkomplu jingħataw il-hajja fil-komunitajiet tagħna."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Proprjetà oħra ta’ Soċjetà Mużikali li kienet f’riskju serju ta’ żgumbrament tinxtara mill-Gvern
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Proprjetà oħra ta’ Soċjetà Mużikali li kienet f’riskju serju ta’ żgumbrament tinxtara mill-Gvern
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow