Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda pjattaforma diġitali ġdida u jitħabbru 7 skemi li jkomplu jsostnu lin-negozji f’Għawdex u jinċentivaw il-ħolqien tal-impjiegi

pr240499
Date Icon 27/03/2024

F'6 snin l-impjiegi f'Għawdex żdiedu b'madwar 5,000

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri nieda pjattaforma elettronika ġdida, investgozo.gov.mt, li se tkun qed tagħti informazzjoni siewja rigward investiment, xogħol u studju f'Għawdex. Barra minn hekk, il-pjattaforma ser ikollha wkoll informazzjoni fuq l-inċentivi li wieħed jista' japplika għalihom.

Il-Ministru Camilleri nieda wkoll 7 skemi li jkomplu jsostnu lin-negozji f'Għawdex u l-ħolqien ta' aktar impjiegi ta' kwalità f'Għawdex. Dawn l-iskemi jmorru id f'id mal-miżuri li qed jittieħdu biex jiġu implimentati kemm il-wegħdi elettorali kif ukoll l-Istrateġija għall-Iżvilupp Reġjonali ta' Għawdex.

“Għall-ewwel darba, ser ikollna sit elettroniku u brand għall-iżvilupp ekonomiku f'Għawdex. Dan huwa essenzjali sabiex inkomplu ntejbu u nġeddu l-viżibilità lokali u internazzjonali t'Għawdex fuq pjattaformi diġitali. Qed namalgamaw u nelenkaw ukoll id-diversi opportunitajiet t'inċentivi li jeżistu fuq pjattaforma waħda. L-intrapriżi f'Għawdex b'hekk ser ikunu dejjem aġġornati u mgħarrfa bl-opportunitajiet li l-Gvern ikun qed joffri," spjega l-Ministru Camilleri.

Il-Ministru saħaq li l-Gvern kommess li jkompli joħloq diversi opportunitajiet għall-operat f'Għawdex li jwassal ukoll għal aktar ħolqien t'impjiegi ta' kwalità u sostenibbli. Semma li l-istatistika turi li fl-aħħar snin f'Għawdex żdied ix-xogħol, hekk kif filwaqt li fl-2017 kien hemm 11,512-il persuna li jaħdmu f'Għawdex, fl-2023 din iċ-ċifra telgħet għal 16,410.

Is-7 skemi li ġew imnedija huma:

  • Supporting Sustainable Quality Employment in Gozo Scheme - L-iskop tal-iskema huwa l-ħolqien t'impjiegi ta' kwalità u sostenibbli. L-iskema toffri rimborż parzjali ta' salarju, mifrux fuq 3 snin, għal impjieg full-time indefinit f'Għawdex.
  • Supporting Knowledge Based Sectors in Gozo Scheme - L-iskema se toffri rimborż parzjali ta' salarju għall-impjiegi settorjali speċjalizzati f'Għawdex, magħrufa aktar bħala Knowledge Based Economic Activities. L-iskema tinkludi wkoll inċentiv relatat ma' taħriġ.
  • Gozo Teleworking Scheme - Din l-iskema qed terġa' tiġi mnedija sabiex inkomplu niffaċilitaw l-impenn ta' ħaddiema Għawdxin f'Malta. Barra minn hekk dawk l-impjegati li diġà bbenefikaw mill-iskema għal perjodu ta' 3 snin, issa jistgħu jerġgħu japplikaw bi qbil mal-employer tagħhom.
  • MICE Restoration Scheme - L-għan tal-iskema huwa li nkomplu ninċentivaw investiment li jgħolli l-kwalità tal-prodott turistiku Għawdxi. L-iskema toffri appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjoni u titjib ta' faċilitajiet li għandhom il-kapaċità li jospitaw attivitajiet relatati man-niċċa turistika MICE.
  • Supporting the Adventurous Tourism Industry in Gozo through Hiring Equipment Refund Scheme - Din l-iskema tiffoka fuq in-niċċa tat-turiżmu avventuruż. L-għan huwa li nkompli nsostnu l-operaturi f'dan il-qasam sabiex ikomplu jtejbu l-kwalità tas-servizz u l-prodott turistiku offrut minnhom.
  • Supporting Marketing Initiatives for the Accommodation Sector in Gozo Scheme - Din hija skema ddedikata għall-operaturi tal-akkomodazzjoni f'Għawdex fejn l-inċentiv offrut ser ikun qed isostni l-prodott u l-impenn diġitali tagħhom. L-għan ta' din l-iskema hu li apparti li s-settur tal-akkomodazzjoni jtejjeb il-kompetittività diġitali, jikseb aktar viżibilità fis-swieq domestiċi u internazzjonali.
  • Supporting Marketing Initiatives for Specific Niche Markets in Gozo 2024 - L-iskema tinċentiva operaturi f'niċeċ partikolari sabiex jinvestu fi promozzjoni tal-prodott tagħhom u n-niċċa li joperaw fiha. L-għan tal-iskema hu li nkomplu nippromwovu l-esperjenza li toffri d-destinazzjoni.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lid-Direttorat tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru li ħadem fuq dawn l-inċentivi.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku Ronald Sultana spjega li l-brand InvestGozo għandha l-għan primarju li tippromwovi lil Għawdex f'diversi fora relattivi, u fl-istess waqt tippromwovi d-diversi inċentivi li l-Ministeru jkun qed jamministra.

Għal aktar tagħrif wieħed għandu jżur is-sit elettroniku investgozo.gov.mt, kif ukoll jsegwi l-paġna InvestGozo fuq il-midja soċjali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda pjattaforma diġitali ġdida u jitħabbru 7 skemi li jkomplu jsostnu lin-negozji f’Għawdex u jinċentivaw il-ħolqien tal-impjiegi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda pjattaforma diġitali ġdida u jitħabbru 7 skemi li jkomplu jsostnu lin-negozji f’Għawdex u jinċentivaw il-ħolqien tal-impjiegi
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow