Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Rinovar u investiment f’ambjent isbaħ u komdu għall-anzjani f’San Vinċenz de Paul

pr240489
Date Icon 26/03/2024

F'San Vinċenz de Paul għaddej xogħol kontinwu u investiment għal ambjent isbaħ u aktar komdu għall-anzjani. Fi żjara li għamel qabel il-laqgħa tal-Kabinett, li tlaqqa' fir-residenza San Vinċenz de Paul, il-Prim Ministru Robert Abela nnota dan l-investiment u x-xogħol estensiv ta' riġenerazzjoni li għaddej. Il-pjan ta' riġenerazzjoni hu mifrux fuq medda ta' ħames snin u sa issa sar rinovar f'dsatax-il sala.

Fil-fatt fi żjara ta' swali li pjanat ix-xogħol u oħrajn li qed isir, ġie nnutat tibdil strutturali importanti li jinvolvi spazji komuni, kmamar akbar u mgħammrin b'aktar kumdità għar-residenti u aperturi li jagħtu aktar dawl naturali. Dan apparti tagħmir mediku aktar modern fosthom sodod ġodda tal-elettriku u apparat ieħor li għandu x'jaqsam mal-kura diretta tal-anzjani.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru tkellem ma' bosta anzjani residenti u wara sostna li jgħix fejn jgħix, l-anzjan għandu jesperjenza ħajja komda b'servizzi offruti tajbin kemm f'residenzi u anki fil-komunità. Innota wkoll li l-anzjani f'residenzi bħal ma' hi San Vinċenz de Paul jgħixu wkoll f'komunità li fiha jistgħu jibqgħu attivi u jgawdu minn kwalità ta' ħajja aħjar permezz anki tal-aqwa servizzi tas-saħħa offruti lilhom.

Akkumpanjat mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, il-Prim Ministru Robert Abela żar ukoll Ġnien ix-Xewqat Sbieħ, ġnien li hu immirat biex jgħin persuni bid-dimensja li flimkien mal-għeżeż tagħhom jissoċjalizzaw u jżommu ruħhom attivi. F'żoni differenti ta' dan il-ġnien hemm postijiet għall-qari, smigħ tal-mużika u ambjent sabiħ imżewwaq bix-xtieli.

Il-Kap Eżekuttiv ta' San Vinċenz de Paul Jorgen Souness spjega lill-Prim Ministru kif f'dan il-ġnien hemm karatteristika importanti li tqanqal il-memorji u l-esperjenzi tal-ħajja tal-anzjani. Fil-fatt fiż-żona 'Il-Ktieb tal-Memorji' insibu stampi ta' avvenimenti tal-ħajja tal-imgħoddi, dwar tradizzjonijiet u drawwiet Maltin u anki fuq l-ikel tipiku Malti fost oħrajn.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Rinovar u investiment f’ambjent isbaħ u komdu għall-anzjani f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Rinovar u investiment f’ambjent isbaħ u komdu għall-anzjani f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow