Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi l-Kunsill Informali tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Bruges, il-Belġju

pr240485
Date Icon 26/03/2024

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said attendiet għall-Kunsill Informali tal-Ministri Ewropej responsabbli mis-sajd ġewwa Bruges, il-Belġju, fejn ġew diskussi diversi temi relatati mas-sostenibbiltà tas-settur. 

Id-diskussjoni waslet għal diversi ideat dwar kif l-Unjoni Ewropea tista’ timplimenta viżjoni għas-setturi tas-sajd u l-akwakultura fil-leġiżlatura tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss bejn l-2024 u l-2029. Fost il-punti li tqajmu minn diversi Stati Membri, ħareġ il-bżonn li s-setturi jkunu reżiljenti sabiex jaffaċċjaw id-diffikultajiet interni fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll mill-pressjonijiet li ġejjin minn barra, fosthom bl-effetti ta’ kriżijiet bħall-pandemija u l-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna. L-Istati Membri semmew diversi diffikultajiet, li ħafna minnhom huma simili għal dak li qed jaffaċċjaw is-sajjieda Maltin u Għawdxin. Fost l-aktar diffikultajiet imsemmija kien hemm il-piżijiet amministrattivi eċċessivi relatati mar-rappurtaġġ mitlub lis-sajjieda, żieda fil-prezz tal-fjuwil, flotta kkaratterizzata minn bastimenti tas-sajd antiki, kif ukoll in-nuqqas ta’ riġenerazzjoni tas-settur.

Matul l-intervent tagħha, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said enfasizzat li s-sajjieda fuq skala żgħira u artiġjanali għandhom jinżammu fiċ-ċentru tal-politika tas-sajd Ewropea. Alicia Bugeja Said enfassizzat li jeħtieġ li jsir aktar xogħol sabiex jintlaħqu l-istess kundizzjonijiet fil-Mediterran minħabba li l-ħażna ta’ ħut tal-Mediterran huwa  maqsum ma’ pajjiżi terzi. “Hemm bżonn li jiġu implimentati mekkaniżmi legali li jħarsu l-kompetittività u l-profittabilità għas-sajjieda. Is-sajjieda u s-settur tal-akwakultura huma pilastru ewlieni fis-sigurtà tal-ikel fi ħdan l-Unjoni, u b'hekk dan l-irwol għandu jingħata importanza ferm akbar”, kompliet tgħid is-segretarju parlamentari. 

Hija sostniet ukoll il-bżonn ta’ emendi fir-Regolamenti dwar l-Għajnuna mill-Istat (State Aid) għas-settur tas-Sajd, kif ukoll fir-Regolament tal-Fond Ewropew għas-Sajd, l-Akwakultura u l-Marittimu (EMFAF) sabiex jipprovdu aktar flessibilità li tippermetti għajnuniet għal investimenti relatati mal-immodernizzar tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd.  

Marbut ma’ dan, Malta ipproponiet li jinħoloq mekkaniżmu ieħor, din id-darba finanzjarju bħal “buy back”,  li kapaċi jiffaċilita t-trasferiment tal-opportunitajiet  tas-sajd, bħal-liċenzji u kwoti, lejn sajjieda żgħażagħ. B’hekk inkunu qed nassiguraw s-sostenibbiltà u t-tiġdid tas-settur li huwa patrimonju kulturali artiġjanali, kif ukoll niżguraw provvista ta’ ħut frisk għall-poplu Malti u Għawdxi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi l-Kunsill Informali tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Bruges, il-Belġju
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi l-Kunsill Informali tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Bruges, il-Belġju
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tattendi l-Kunsill Informali tal-Ministri Ewropej għas-Sajd fi Bruges, il-Belġju
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow