STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Titnieda it-tielet edizzjoni tal-Malta International Business Awards
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg ħabbar it-tnedija tat-tielet edizzjoni tal-Malta International Business Awards, b’kollaborazzjoni ma’ TradeMalta. Dan l-avveniment prestiġjuż, immirat biex jonora kisbiet li saru fin-negozju internazzjonali, ġie żvelat uffiċjalment f’konferenza għall-aħbarijiet li għaliha attendew uffiċjali tal-gvern, mexxejja tal-industrija, u mistednin oħra fil-qasam tal-kummerċ.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Borg enfasizza l-impenn ta’ Malta biex trawwem l-innovazzjoni u l-kollaborazzjoni internazzjonali. Huwa enfasizza l-importanza li jiġu rikonoxxuti l-kontribuzzjonijiet li għamlu negozji li joperaw f’Malta, kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali. “L-awards iservu ta’ pjattaforma li turi kif Malta hi ċentru b’saħħtu għall-kummerċ u l-investiment, filwaqt li jħeġġu lin-negozji jkomplu jmexxu t-tkabbir ekonomiku permezz tal-kummerċ internazzjonali,” qal il-Ministru Borg.
Il-Malta International Business Awards għandhom l-għan li jiċċelebraw l-għerf, ir-reżiljenza, u s-suċċess tan-negozji bbażati f’Malta f’diversi setturi. Bi proċess ta’ evalwazzjoni u bord ta’ ġudizzju, l-awards jipprovdu pjattaforma għall-kumpaniji biex itejbu l-profili tagħhom, jattiraw it-talent, u jirċievu r-rispons meħtieġ dwar l-istrateġiji meħuda li twassal għal dawn l-istess kumpaniji li jimirħu l-barra minn pajjiżna.
Il-Ministru Borg wera l-gratitudni tiegħu lejn il-parteċipanti, l-isponsors, u l-imsieħba kollha għall-appoġġ tagħhom biex it-tielet edizzjoni tal-Malta International Business Awards setgħet issir realtà. B’nominazzjonijiet issa miftuħa, kumpaniji eliġibbli bbażati f’Malta huma mħeġġa jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom u jaqsmu l-istejjer ta’ suċċess tagħhom mal-komunità globali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en