Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI L-applikazzjonijiet għall-iskema Micro Invest estiżi sal-10 ta’ April 2024

pr240483
Date Icon 26/03/2024

Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi qed iħabbar li l-Malta Enterprise qed testendi d-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-Micro Invest għal individwi self-employed sal-10 ta' April 2024. L-applikazzjonijiet għall-iskema Micro Invest jistgħu jiġu sottomessi permezz tal-client portal tal-korporazzjoni. L-iskema tħeġġeġ lin-negozji ż-żgħar biex jinvestu fl-innovazzjoni, l-espansjoni, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet tagħhom. L-impriżi li jibbenefikaw minn din il-miżura se jiġu appoġġati permezz ta' kreditu ta' taxxa kkalkulat bħala perċentwal tan-nefqa eliġibbli, li jkopri wkoll iż-żieda fl-ispejjeż tal-pagi.

Dawk eliġibbli għal din l-iskema huma dawk li jaħdmu għal rashom, il-mikrointrapriżi, in-negozji ġodda, u l-SMEs li jimpjegaw sa 50 persuna. Il-Malta Enterprise tista' tapprova kreditu ta' taxxa ekwivalenti għal 45% tan-nefqa eliġibbli favur kull impriża. Il-massimu ta' krediti ta' taxxa eliġibbli għal kull impriża hu għal massimu ta' €50,000 fuq tliet (3) snin fiskali konsekuttivi, li jibdew minn spejjeż eliġibbli mħallsa matul is-sena ta 'qabel is-sena li fiha tiġi ppreżentata t-talba. Il-limitu massimu jiżdied b'€20,000 (għal total ta' €70,000) għal impriżi li jew joperaw minn Għawdex; dawk reġistrati bħala negozju tal-Familja; jew li għandhom aktar minn 50% tal-ishma attribwita lill nisa.

Dan l-aħħar l-iskema ġiet estiża sal-31 ta' Diċembru 2026 bil-għan li tkopri l-ispejjeż li saru fl-2023 u fl-2024. Dan wara l-pubblikazzjoni ta' regolamenti ġodda mill-Kummissjoni Ewropea, li stabbilew il-limitu massimu tal-għajnuna imsejħa 'de minimis' fuq perjodu ta' 3 snin se jogħla għal €300,000. Il-limitu massimu qabel din l-aħħar bidla kien ta' €200,000. Aktar informazzjoni dwar l-iskema tinsab fuq: https://www.maltaenterprise.com/support/micro-invest. L-applikazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu permezz ta' din il-ħolqa: https://clientportal.maltaenterprise.com/login.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI L-applikazzjonijiet għall-iskema Micro Invest estiżi sal-10 ta’ April 2024
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow