Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA

pr240481
Date Icon 25/03/2024

L-Oppożizzjoni tgħid li dwar is-saħħa mentali għandu jkun hemm dibattitu serju u matur, imbagħad bl-istqarrijiet tagħha tagħmel totalment il-kontra.

Il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Oppożizzjoni, li hija reazzjoni għal pjanijiet aġġornati u dettaljati li riċentement ġew imħabbra mill-Ministru Jo Etienne Abela kienet waħda konfuża u kontradittorja.

Fuq quddiem nett il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jinnota l-kritika inġusta għall-professjonisti li jaħdmu f'dan is-settur, sew fis-servizz pubbliku kif ukoll dak privat.

Il-popolazzjoni u l-professjonisti tagħna huma aktar konxji u mgħarfa dwar is-saħħa mentali u dan jirriżulta f'rati dejjem ogħla ta' dijanjosi ċerta.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni titkellem dwar l-istigma, fl-istess ħin titkellem kontra l-istrateġija tal-Gvern li hi proprju maħsuba biex tnaqqas l-istigma. Dan fost oħrajn permezz ta' pjanijiet friski fejn mard psikjatriku akut ikun amalgamat fl-Isptar Mater Dei.

Fl-istess ħin li l-Oppożizzjoni tisħaq li s-sala psikjatrika li kienet teżisti f'Mater Dei qabel il-pandemija kienet qed toffri servizz eċċellenti, hija kontra proġett li minflok sala se jara li jkun hemm 110 sodda għal dan il-għan.

Il-Ministeru ħa d-deċiżjonijiet tiegħu wara li kkonsulta mal-esperti.  Il-problemi akuti (li jinkludu dual diagnosis) għandhom jiġu kkurati fl-Isptar Mater Dei u għal dan il-għan, kif spjega l-Ministru Jo Etienne Abela, se jkunu investiti €35 miljun. L-Isptar Monte Karmeli għandu jkun riservat għal sezzjonijiet separati għal mard kroniku u psiko-ġerjatrija. Biex isir dan fl-istess Monte Karmeli għaddej ukoll xogħol kbir ta' riġenerazzjoni u tisbiħ.

€25 miljun f'investiment f'mediċini psikjatriċi ġodda ukoll se tkun importanti bħal mhuma importanti s-servizzi fil-komunità, li se jkomplu jiġu mħarsa u msaħħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow