Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg bi żjara fl-Etjopja

PR240479
Date Icon 25/03/2024

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg żar l-Etjopja fuq stedina tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin il-ġdid tal-pajjiż fejn kellu numru ta' diskussjonijiet sabiex Malta tkompli taħdem fuq ir-relazzjoni ma' dan is-sieħeb strateġiku fil-Qarn tal-Afrika.

Il-Ministru Ian Borg kellu laqgħa mal-Prim Ministru Abih Ahmed Ali. Huwa għal darb'oħra tenna kif Malta tqis lill-Etjopja bħala pajjiż ta' prijorità u dan fit-twettiq tal-istrateġija għall-politika barranija ta' pajjiżna vis-a-vis dan il-kontinent importanti.

Hawnhekk saret diskussjoni wkoll dwar l-ewwel delegazzjoni ta' kummerċ li saret l-Etjopja fil-ġranet li għaddew, immexxija minn TradeMalta. Kif ġara f'pajjiżi oħra, huma esploraw l-opportunitajiet li dan il-pajjiż joffri lin-negozji u kumpaniji Maltin. Mill-ewwel indikazzjonijiet u anke skont l-aħħar diskussjonijiet politiċi jidher li l-interess huwa wieħed qawwi miż-żewġ naħat.

Matul din iż-żjara f'Addis Ababa huwa kellu diskussjonijiet mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin il-ġdid tal-pajjiż, Taye Atske Selassie. Hawnhekk Dr Borg awgura kull suċċess lill-Ministru Selassie fil-kariga l-ġdida tiegħu. Id-diskussjoni primarja ffukat fuq ir-relazzjoni bilaterali li teżisti bejn iż-żewġ pajjiżi u l-ħsieb li din tkompli tittejjeb kif ġara matul l-aħħar snin.

Ġew diskussi wkoll materji relatati mar-reġjun, u l-isfidi u l-opportunitajiet li qed jidhru filwaqt li kienet mitkellma wkoll il-ħidma ta' pajjiżna fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda u l-Presidenza li pajjiżna se jkun qed jokkupa f'April. Fuq l-aġenda kien hemm ukoll is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u anke dik fil-Lvant Nofsani.

Għal dawn il-laqgħat il-Ministru għall-Affarijiet Barranin kien akkumpanjat mal-Ambaxxatur ta' Malta għall-Etjopja u l-Unjoni Afrikana Ronald Micallef.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg bi żjara fl-Etjopja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg bi żjara fl-Etjopja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru Ian Borg bi żjara fl-Etjopja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow