Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Nimbuttaw bidla favur in-nies – il-Prim Ministru Robert Abela jżur proġett carbon neutral fis-settur privat

pr240476
Date Icon 25/03/2024

F'indirizz li għamel wara li żar binja tal-bank HSBC li ġiet konvertita kompletament f'waħda li ma tarmix aktar emissjonijiet minn kemm tiġġenera u hi effiċjenti fl-użu ta' enerġija, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq fuq l-importanza li l-bidla nilqgħuha għax hi favur in-nies. “Akbar ma tkun il-bidla, aktar irridu nemmnu fiha biex tkun suċċess," saħaq Dr Abela meta kien qed jitkellem dwar il-qalba ambjentali bħala parti mill-prijoritajiet li għandu l-pajjiż.

Il-proġett sar bejn il-Fondazzjoni HSBC Malta u l-Kamra tal-Kummerċ. Meta kien qed iżur il-binja, il-Prim Ministru ġie spjegat lilu kif il-materjal użat f'ambjent sabiħ għall-ħaddiema fil-binja huwa kollu riċiklat. Il-proġett huwa ispirat minn mudelli bħal dak LEED, qafas ħolistiku li jindirizza kriterji u miri marbuta mal-indirizzar tal-bidla fil-klima.

Il-Prim Ministru Robert Abela mhux biss faħħar il-kollaborazzjoni bejn il-fondazzjoni tal-HSBC u l-Kamra tal-Kummerċ iżda tkellem fuq miri importanti li għandu l-pajjiż biex l-infrastruttura f'Malta taħdem b'operat nadif u carbon neutral. Qal li proġett bħal dan għandu jservi ta' eżempju għal oħrajn, fosthom anki fis-settur privat.

Il-Prim Ministru Abela semma wkoll l-irwol li għandu s-settur finanzjarju biex fi sforz kollettiv jimbotta investimenti ħodor u nodfa. Qal li l-Gvern hu miftuħ għal diskussjoni u jibqa' jinċentiva favur il-qalba ambjentali. Dr Abela qanqal diskussjoni dwar jekk wasalx iż-żmien li l-banek jinċentivaw aktar investiment f'binjiet li se jkollhom użu aktar t'effiċjenza fl-enerġija. Dan permezz tas-servizzi li joffru lill-investituri. Qal li l-Bank Malti għall-Iżvilupp huwa għodda importanti biex jiffaċilita dan.

Il-Prim Ministru tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jagħti direzzjoni ċara favur is-sostenibbiltà u jġib bidliet li xorta jkomplu jġibu progress u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Innota kif l-Awtorità għall-Bidla fil-Klima, li l-Gvern beda x-xogħol dwarha, se tkompli ġġib flimkien stakeholders li magħhom il-Gvern jitkellem u jġib bidliet importanti u deċiżivi. Hawn innota kif iħares 'il quddiem li pajjiżna jkompli jimxi għall-futur tas-sostenibbiltà għax Malta għandha nies ta' talent li kapaċi jkunu katalisti fil-qalba l-ħadra. Temm jgħid kif din il-qalba hija l-aqwa opportunità ekonomika għall-ġenerazzjoni tagħna.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Nimbuttaw bidla favur in-nies – il-Prim Ministru Robert Abela jżur proġett carbon neutral fis-settur privat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Nimbuttaw bidla favur in-nies – il-Prim Ministru Robert Abela jżur proġett carbon neutral fis-settur privat
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

Aktar Stqarrijiet Right arrow