Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta l-proġett ta’ restawr tal-kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun

PR240475
Date Icon 25/03/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar it-tlestija ta' proġett ieħor ta' restawr, hekk kif il-kappella ta' San Klement fiż-Żejtun, li kienet inbniet fl-1658, issa ġiet kompletament restawrata mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni.

Il-Ministru Bonnici spjega kif dan hu proġett ieħor minn kullana ta' proġetti ta' restawr li qed jiġu implimentati mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni. Huwa fakkar kif dan il-proġett sar permezz ta' skema li kienet tnediet lura fl-2015 u permezz tagħha s'issa tlestew 'il fuq minn ħamsin proġett bl-involviment tal-Kunsilli Lokali.

“Dan hu proġett ieħor li qed nagħmlu id f'id mal-kunsilli lokali tagħna fejn qed nirrestawraw postijiet li jindikawlna huma stess bi skema apposta u fil-fatt il-Kunsill Lokali taż-Żejtun kien indikalna l-Kappella ta' San Klement li ġiet irrestawrata," spjega l-Ministru Bonnici, waqt li tenna b'sodisfazzjon li l-proġett se jkun jista' jerġa' jitgawda mill-pubbliku fil-festa tradizzjonali ta' San Girgor.

Il-Perit inkarigata mix-xogħlijiet Ivana Farrugia spjegat kif ix-xogħlijiet kienu jinkludu r-restawr tal-istruttura esterna tal-knisja, jiġifieri tas-saqaf, tal-ħitan ta' barra u taz-zuntier tal-istess knisja. Kompliet tispjega li fost l-interventi li saru, sar tindif tal-faċċata, tikħil mill-ġdid tal-fili, l-aperturi tal-injam ġew restawrati, saret replika tas-salib fuq il-kampnar li kien jinstab fi stat ħażin, saru mill-ġdid ukoll it-tliet tarġiet li jagħtu aċċess għaz-zuntier, u saru wkoll xogħlijiet fuq l-istruttura eżistenti tas-saqaf.

Preżenti għall-inawgurazzjoni ta' dan il-proġett kien hemm is-Sindku Doris Abela flimkien ma' diversi membri tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun u l-Arċipriet taż-Żejtun Dun Anton Galea Scannura li lkoll faħħru l-ħidma li saret f'dan il-proġett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta l-proġett ta’ restawr tal-kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jitlesta l-proġett ta’ restawr tal-kappella ta’ San Klement fiż-Żejtun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow